|
+Artikolu 94 Deroga mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed takkwista |
Artikolu 94 Deroga mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed takkwistaArtikolu 94 Deroga mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed takkwista Il-liġijiet ta' Stat Membru m'għandhomx għalfejn jeħtieġu l-approvazzjoni tal-merger mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed takkwista fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mħarsa:
(a)
il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 92 issir, għall-kumpanija li qed takkwista, għallinqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija jew kumpaniji li qed jiġu akkwistati, li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-merger;
(b)
għallinqas xahar qabel id-data speċifikata fil-punt (a), l-azzjonisti tal-kumpanija li qed takkwista jkollhom id-dritt li jispezzjonaw id-dokumenti speċifikati fl-Artikolu 97(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija li qed takkwista;
(c)
wieħed jew aktar mill-azzjonisti tal-kumpanija li qed takkwista u li għandha perċentwal minimu tal-kapital sottoskritt jkollhum id-dritt jitolbu li tissejjaħ laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed biex jiġi deċiż jekk għandhiex tapprova l-merger; dan il-perċentwal minimu ma jistax jiġi ffissat f'perċentwali aktar minn 5 %. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jiddisponu li l-ishma bla vot ikunu esklużi minn dan il-kalkolu. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, japplika l-Artikolu 97(2), (3) u (4). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|