+Artikolu 96 Eżami tal-abbozz tat-termini tal-merger minn esperti
---+Artikolu 96 1.
---+Artikolu 96 2.
---+Artikolu 96 3.
---+Artikolu 96 4.
|
Artikolu 96 Eżami tal-abbozz tat-termini tal-merger minn esperti
Eżami tal-abbozz tat-termini tal-merger minn esperti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 96 1.
|
Espert wieħed jew aktar, li jaġixxu f'isem kull waħda mill-kumpaniji fil-proċess ta' merger iżda independentement minnhom, maħtura jew approvati minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, għandhom jeżaminaw l-abbozz tat-termini ta' merger u jħejju rapport bil-miktub lill-azzjonisti. Madankollu, l-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jiddisponu għall-ħatra ta' espert wieħed independenti jew aktar għal kull waħda mill-kumpaniji fil-proċess ta' merger, jekk dik il-ħatra ssir minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fuq talba konġunta ta' dawk il-kumpaniji. Tali esperti jistgħu, skont il-liġijiet ta' kull Stat Membru, ikunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew kumpaniji jew ditti kummerċjali.
|
|
Artikolu 96 2.
|
Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-esperti għandhom fi kwalunkwe każ jistqarru jekk fl-opinjoni tagħhom il-proporzjon tal-iskambju tal-ishma huwiex ġust u raġonevoli. L-istqarrija tagħhom għandha mill-inqas:
(a)
tindika l-metodu jew metodi użati li jwasslu għall-proporzjon ta' skambju tal-ishma propost;
(b)
tiddikjara jekk dak il-metodu jew metodi humiex adegwati fil-każ ikkonċernat, tindika l-valuri li wasslu għalihom bl-użu ta' kull wieħed minn dawk il-metodi u tagħti opinjoni dwar l-importanza relattiva mogħtija lil dawn il-metodi biex wasslu għall-valur li jkun ġie deċiż.
Ir-rapport għandu jiddeskrivi wkoll kwalunkwe diffikultajiet speċjali ta' valutazzjoni li jkunu nqalgħu.
|
|
Artikolu 96 3.
|
Kull espert għandu jkollu d-dritt li jikseb mill-kumpaniji li jiġu inkorporati l-informazzjoni u d-dokumenti kollha rilevanti u li iwettaq l-investigazzjonijiet kollha neċessarji.
|
|
Artikolu 96 4.
|
M'għandu jintalab la eżami tal-abbozz tal-kundizzjonijiet tal-merger u lanqas rapport tal-esperti jekk l-azzjonisti kollha u d-detenturi tat-titoli l-oħra li jagħtu d-dritt għall-vot ta' kull wieħed mill-kumpaniji involuti fil-merger jkunu jaqblu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|