|
+Artikolu 97 1. |
Artikolu 97 1.L-azzjonisti kollha għandu jkollhom id-dritt li jispezzjonaw għallinqas id-dokumenti li ġejjin fl-uffiċċju reġistrat għallinqas xahar qabel id-data fissata għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-merger:
(a)
l-abbozz tat-termini tal-merger;
(b)
il-kontijiet annwali u r-rapport annwali tal-kumpaniji fil-proċessta' erger għat-tliet snin finanzjarji ta' qabel;
(c)
fejn hu applikabbli, dikjarazzjoni ta' kontijiet magħmula fid-data li ma għandhiex tkun aktar kmieni mill-ewwel jum tat-tielet xahar li jippreċedi d-data tal-abbozz tat-termini tal-merger, jekk l-aħħar kontijiet annwali jirrelataw għal sena finanzjarja li tkun intemmet aktar minn sitt xhur qabel dik id-data;
(d)
fejn hu applikabbli, ir-rapporti tal-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpaniji fil-proċess ta' merger previsti fl-Artikolu 95;
(e)
fejn applikabbli, ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 96(1). Għall-iskopijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, ma tkunx meħtieġa dikjarazzjoni ta' kontijiet kemm-il darba l-kumpanija tippubblika rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/KE u tagħmlu disponibbli għall-azzjonijsti b'konformità ma' dan il-paragrafu. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu li dikjarazzjoni ta' kontijiet m'għandhiex tkun meħtieġa kemm-il darba l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta' titoli oħra li jagħtu d-dritt tal-vot ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fil-merger ikunu qablu dwar dan. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|