+Artikolu 97 Disponibbiltà tad-dokumenti għall-ispezzjoni mill-azzjonisti
---+Artikolu 97 1.
---+Artikolu 97 2.
---+Artikolu 97 3.
---+Artikolu 97 4.
|
Artikolu 97 Disponibbiltà tad-dokumenti għall-ispezzjoni mill-azzjonisti
Disponibbiltà tad-dokumenti għall-ispezzjoni mill-azzjonisti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 97 1.
|
L-azzjonisti kollha għandu jkollhom id-dritt li jispezzjonaw għallinqas id-dokumenti li ġejjin fl-uffiċċju reġistrat għallinqas xahar qabel id-data fissata għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-merger:
(a)
l-abbozz tat-termini tal-merger;
(b)
il-kontijiet annwali u r-rapport annwali tal-kumpaniji fil-proċessta' erger għat-tliet snin finanzjarji ta' qabel;
(c)
fejn hu applikabbli, dikjarazzjoni ta' kontijiet magħmula fid-data li ma għandhiex tkun aktar kmieni mill-ewwel jum tat-tielet xahar li jippreċedi d-data tal-abbozz tat-termini tal-merger, jekk l-aħħar kontijiet annwali jirrelataw għal sena finanzjarja li tkun intemmet aktar minn sitt xhur qabel dik id-data;
(d)
fejn hu applikabbli, ir-rapporti tal-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpaniji fil-proċess ta' merger previsti fl-Artikolu 95;
(e)
fejn applikabbli, ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 96(1).
Għall-iskopijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, ma tkunx meħtieġa dikjarazzjoni ta' kontijiet kemm-il darba l-kumpanija tippubblika rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/KE u tagħmlu disponibbli għall-azzjonijsti b'konformità ma' dan il-paragrafu. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu li dikjarazzjoni ta' kontijiet m'għandhiex tkun meħtieġa kemm-il darba l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta' titoli oħra li jagħtu d-dritt tal-vot ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fil-merger ikunu qablu dwar dan.
|
|
Artikolu 97 2.
|
Id-dikjarazzjoni tal-kontijiet prevista fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tkun imfassla billi jintużaw l-istess metodi u l-istess għamla kif hemm użati fl-aħħar karta tal-bilanċ annwali. Madankollu, il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li:
(a)
mhuwiex meħtieġ li jsir inventarju fiżiku ġdid;
(b)
il-valutazzjonijiet murija fl-aħħar karta tal-bilanċ għandhom jinbidlu biss biex jirriflettu annotazzjonijiet fil-kotba tal-kontijiet; dawn li ġejjin, madankollu, għandhom jiġu kkunsidrati:
—
deprezzament u riżervi interim,
—
tibdil materjali fil-valur attwali li ma jidhirx fil-kotba.
|
|
Artikolu 97 3.
|
Kull azzjonist għandu jkun intitolat li jikseb, wara talba u bla ħlas, kopji sħaħ jew, jekk hekk ikun mixtieq, kopji parzjali tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1. Fejn azzjonista jkun ta l-kunsens tiegħu lill-kumpanija għall-użu ta' mezzi elettroniċi biex twassal l-informazzjoni, tali kopji jistgħu jiġu fornuti permezz tal-posta elettronika.
|
|
Artikolu 97 4.
|
Kumpanija għandha tkun eżentata mill-ħtieġa li tagħmel id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 disponibbli fl-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tagħha kemm-il darba, għal perijodu kontinwu ta' żmien li jibda mill-inqas xahar qabel il-jum stabbilit għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-merger u li jintemm mhux qabel il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa, tagħmilhom disponibbli fuq il-websajt tagħha. L-Istati Membri m'għandhom jissoġġettaw dik l-eżenzjoni għall-ebda rekwiżit jew restrizzjoni minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun assigurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti u jistgħu jimponu rekwiżiti jew restrizzjonijiet bħal dawn biss sal-punt li jkunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. Il-paragrafu 3 m'għandux japplika kemm-il darba l-websajt joffri lill-azzjonijisti l-possibbiltà, matul il-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li jniżżlu elettronikament u jistampaw id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1. Madankollu, f'dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kumpanija għandha tagħmel dawn id-dokumenti disponibbli fl-uffiċċju reġistrat tagħha bil-għan li jiġu kkonsultati mill-azzjonisti. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kumpaniji jżommu l-informazzjoni fil-websajt tagħhom għal perijodu speċifiku wara l-laqgħa ġenerali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-konsegwenzi ta' interruzzjoni temporananja ta' aċċess għall-websajt ikkawżata minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|