|
+Artikolu 111 Eżenzjoni mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali |
Artikolu 111 Eżenzjoni mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġeneraliArtikolu 111 Eżenzjoni mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw l-Artikolu 93 għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 110 kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjoniet li ġejjin:
(a)
il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 92 issir, fir-rigward ta' kull kumpanija involuta fl-operazzjoni, tal-anqas xahar qabel ma l-operazzjoni ssir effettiva;
(b)
tal-anqas xahar qabel l-operazzjoni ssir effettiva, l-azzjonisti kollha tal-kumpanija li qed takkwista jkollhom il-jedd li jispezzjonaw id-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 97(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija;
(c)
il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 94 japplika. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 97(2), (3) u (4). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|