+Section 4 Acquisition of one company by another which holds 90 % or more of its shares
---+Artikolu 110 Trasferiment tal-attiv u l-passiv minn kumpanija waħda jew iktar lil kumpanija oħra li tkun id-detentur tal-ishma kollha tagħhom
---+Artikolu 111 Eżenzjoni mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali
---+Artikolu 112 Ishma miżmuma minn jew f'isem il-kumpanija li qed takkwista
---+Artikolu 113 Merger permezz ta' akkwiżizzjoni minn kumpanija li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar tal-ishma ta' kumpanija li qed tkun akkwistata
---+Artikolu 114 Eżenzjoni mill-ħtiġijiet applikabbli għall-mergers permezz ta' akkwiżizzjoni
---+Artikolu 115 Trasferiment tal-attiv u l-passiv kollu minn kumpanija waħda jew aktar lil kumpanija oħra li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar tal-ishma tagħhom

Section 4 Acquisition of one company by another which holds 90 % or more of its shares

Section 4 Acquisition of one company by another which holds 90 % or more of its shares

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 110 Trasferiment tal-attiv u l-passiv minn kumpanija waħda jew iktar lil kumpanija oħra li tkun id-detentur tal-ishma kollha tagħhom

Artikolu 110

Trasferiment tal-attiv u l-passiv minn kumpanija waħda jew iktar lil kumpanija oħra li tkun id-detentur tal-ishma kollha tagħhom

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjonijiet, fir-rigward ta' kumpaniji regolati mil-liġijiet tagħhom, għall-operazzjoni li biha kumpanija waħda jew aktar jiġu stralċjati mingħajr ma jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil kumpanija oħra li tkun id-detentur tal-ishma u t-titoli l-oħra kollha tagħhom li jagħtu d-dritt tal-vot f'laqgħat ġenerali. Tali operazzjonijiet għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu. Madanakollu, l-Istati Membri m'għandhomx jimponu r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 91(2), fl-Artikoli 95 u 96, fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 97(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 105(1) u fl-Artikoli 106 u 107.

Artikolu 111 Eżenzjoni mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali

Artikolu 111

Eżenzjoni mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali

L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw l-Artikolu 93 għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 110 kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjoniet li ġejjin:

(a) 

il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 92 issir, fir-rigward ta' kull kumpanija involuta fl-operazzjoni, tal-anqas xahar qabel ma l-operazzjoni ssir effettiva;

(b) 

tal-anqas xahar qabel l-operazzjoni ssir effettiva, l-azzjonisti kollha tal-kumpanija li qed takkwista jkollhom il-jedd li jispezzjonaw id-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 97(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija;

(c) 

il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 94 japplika.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 97(2), (3) u (4).

Artikolu 112 Ishma miżmuma minn jew f'isem il-kumpanija li qed takkwista

Artikolu 112

Ishma miżmuma minn jew f'isem il-kumpanija li qed takkwista

L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 110 u 111 għal operazzjonijiet li bihom kumpanija waħda jew aktar jiġu stralċjati mingħajr ma jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil xi kumpanija oħra, jekk l-ishma u t-titoli l-oħra kollha speċifikati fl-Artikolu 110 tal-kumpanija jew kumpaniji li qed jiġu akkwistatii jinżammu mill-kumpanija li qed takkwista u/jew mill-persuni li jżommu dawk l-ishma u titoli f'isimhom iżda għan-nom ta' dik il-kumpanija.

Artikolu 113 Merger permezz ta' akkwiżizzjoni minn kumpanija li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar tal-ishma ta' kumpanija li qed tkun akkwistata

Artikolu 113

Merger permezz ta' akkwiżizzjoni minn kumpanija li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar tal-ishma ta' kumpanija li qed tkun akkwistata

Fejn issir merger permezz ta' akkwiżizzjoni minn kumpanija li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar, iżda mhux it-total kollu, tal-ishma u titoli oħra li jagħtu d-dritt għall-vot fil-laqgħat ġenerali tal-kumpanija jew kumpaniji akkwistati, l-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu l-approvazzjoni tal-merger mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed takkwista jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 92 issir, fejn għandha x'taqsam il-kumpanija li qed takkwista, tal-anqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija jew kumpaniji li qed jiġu akkwistati li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-merger;

(b) 

tal-anqas xahar qabel id-data speċifikata fil-punt (a), l-azzjonisti kollha tal-kumpanija li qed takkwista jkunu intitolati li jispezzjonaw id-dokumenti speċifikati fil-punti (a) u (b) u, fejn hu applikabbli, il-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 97(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija;

(c) 

il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 94 japplika.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 97(2), (3) u (4) għandu japplika.

Artikolu 114 Eżenzjoni mill-ħtiġijiet applikabbli għall-mergers permezz ta' akkwiżizzjoni

Artikolu 114

Eżenzjoni mill-ħtiġijiet applikabbli għall-mergers permezz ta' akkwiżizzjoni

L-Istati Membri m'għandhomx jimponu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 95, 96 u 97 fil-każ ta' merger fit-tifsira tal-Artikolu 113 kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-azzjonijisti minoritarji tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata jkollhom id-dritt li jkollhom l-ishma tagħhom akkwistati mill-kumpanija li qed takkwista;

(b) 

jekk jeżerċitaw dak id-dritt, ikollhom id-dritt li jirċievu konsiderazzjoni li tikkorrispondi għall-valur tal-ishma tagħhom;

(c) 

fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar din il-konsiderazzjoni, ikun possibbli li l-valur tal-konsiderazzjoni ikun determinat minn qorti jew minn awtorità amministrattiva maħtura mill-Istat Membru għal dak il-għan.

Stat Membru m'għandux għalfejn japplika l-ewwel paragrafu jekk il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru jintitolaw lill-kumpanija li qed takkwista, mingħajr offerta preċedenti ta' akkwiżizzjoni pubblika, li teħtieġ li d-detenturi kollha tal-bqija tat-titoli tal-kumpanija jew kumpaniji li ser ikunu akkwistati jbigħulha dawk it-titoli qabel il-merger bi prezz ġust.

Artikolu 115 Trasferiment tal-attiv u l-passiv kollu minn kumpanija waħda jew aktar lil kumpanija oħra li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar tal-ishma tagħhom

Artikolu 115

Trasferiment tal-attiv u l-passiv kollu minn kumpanija waħda jew aktar lil kumpanija oħra li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar tal-ishma tagħhom

L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 113 u 114 għal operazzjonijiet li bihom kumpanija waħda jew aktar ikunu stralċjati mingħajr ma jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil xi kumpanija oħra, jekk 90 % jew iktar, iżda mhux it-total kollu, tal-ishma u t-titoli l-oħra -msemmija fl-Artikolu 113 tal-kumpanija jew kumpaniji li qed jiġu akkwistati jkunu miżmuma minn dik il-kumpanija li qed takkwista u/jew minn persuni li għandhom dawn l-ishma u titoli f'isimhom iżda għan-nom tal-kumpanija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.