|
+Artikolu 119 Definizzjonijiet |
Artikolu 119 DefinizzjonijietArtikolu 119 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
1.
“kumpanija b'responsabbiltà limitata”, minn hawn 'il quddiem imsejħa “kumpanija”, tfisser:
(a)
kumpanija ta' tip imsemmi fl-Anness II; jew
(b)
kumpanija b'kapital azzjonarju u li jkollha personalità ġuridika, li jkollha assi separati li waħedhom iservu biex ikopru l-obbligazzjonijiet tagħha u li hija suġġetta, taħt il-liġi nazzjonali li tirregolaha, għal kondizzjonijiet li jikkonċernaw garanziji bħal dawk previsti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu I u fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tat-Titolu I għall-ħarsien tal-interessi tal-membri u ta' oħrajn.
2.
“merger” tfisser operazzjoni li biha:
(a)
kumpanija waħda jew iktar, meta jiġu xolti mingħajr likwidazzjoni, jitrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil kumpanija oħra eżistenti, il-kumpanija li qed takkwista,billi jinħarġu lill-membri tagħhom ta' titoli u ishma li jirrappreżentaw il-kapital ta' dik il-kumpanija l-oħra u, jekk ikun il-każ, ħlas fi flus kontanti li ma jkunx iktar minn 10 % tal-valur nominali, jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, tal-parità kontabbli ta' dawk it-titoli u l-ishma; jew
(b)
żewġ kumpaniji jew iktar, meta jiġu xolti mingħajr likwidazzjoni, jitrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil kumpanija li jiffurmaw bejniethom, il-kumpanija l-ġdida, billi jinħarġu lill-membri tagħhom ta' titoli u ishma li jirrappreżentaw il-kapital ta' dik il-kumpanija l-ġdida u jekk applikabbli, ħlas fi flus kontanti li ma jkunx iktar minn 10 % tal-valur nominali, jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, tal-parità kontabbli ta' dawk it-titoli u l-ishma; jew
(c)
kumpanija, meta tiġi xolta mingħajr likwidazzjoni, titrasferixxi l-attiv u l-passiv kollu tagħha lil kumpanija li tkun id-detentur tat-titoli jew l-ishma kollha li jirrappreżentaw il-kapital tagħha. ►M3 ; jew ◄
(d)
kumpanija waħda jew aktar, meta jiġu xolti mingħajr likwidazzjoni, jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollha tagħhom lil kumpanija eżistenti oħra, il-kumpanija akkwirenti, mingħajr il-ħruġ ta' kwalunkwe sehem ġdid mill-kumpanija akkwirenti, dment li persuna waħda tkun id-detentur dirett jew indirett tal-ishma kollha fil-kumpaniji li huma l-oġġett ta' merger jew li l-membri tal-kumpaniji li huma l-oġġett ta' merger jkunu d-detenturi tal-ishma tagħhom bl-istess proporzjon fil-kumpaniji kollha li huma l-oġġett ta' merger. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|