+Artikolu 120 Aktar dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 120 1.
---+Artikolu 120 2.
---+Artikolu 120 3.
---+Artikolu 120 4.
---+Artikolu 120 5.
|
Artikolu 120 Aktar dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni
Aktar dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 120 1.
|
Minkejja l-Artikolu 119(2), dan il-Kapitolu japplika wkoll għal mergers transkonfinali fejn il-liġi ta' mill-inqas wieħed mill-Istati Membri kkonċernati tippermetti li l-ħlas fi flus kontanti imsemmi fl-Artikolu 119(2)(a) u (b) ikun iktar minn 10 % tal-valur nominali, jew, fl-assenza ta' valur nominali, tal-parità kontabbli tat-titoli jew l-ishma li jirrapreżentaw il-kapital tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali.
|
|
Artikolu 120 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan il-Kapitolu għal mergers transkonfinali li jkunu jinvolvu soċjetà koperattiva anki fil-każijiet fejn din tal-aħħar tkun taqa' fid-definizzjoni ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata kif previst fl-Artikolu 119(1).
|
|
Artikolu 120 3.
|
Dan il-Kapitolu m'għandux japplika għal mergers transkonfinali li jinvolvu kumpanija li l-għan tagħha jkun l-investiment kollettiv ta' kapital provdut mill-pubbliku, li topera fuq il-prinċipju ta' tifrix tar-riskju u li l-unitajiet tagħha jkunu, fuq it-talba tad-detenturi, mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, mill-assi ta' dik il-kumpanija. Azzjoni meħuda minn kumpanija bħal dik, sabiex tiżgura li l-valur tal-unitajiet tagħha fuq il-borża ma jvarjax b'mod sinifikanti mill-valur nett tal-assi tagħha għandha titqies bħala ekwivalenti għal xiri mill-ġdid jew fidi.
|
|
Artikolu 120 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan il-Kapitolu ma japplikax għall-kumpaniji li jkunu jinsabu fi kwalunkwe miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
il-kumpanija tkun f'likwidazzjoni u bdiet tqassam l-assi lill-membri tagħha;
▼M4
(b)
il-kumpannija hija soġġetta għal għodod, setgħat u mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23.
|
|
Artikolu 120 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan il-Kapitolu għal kumpaniji li jkunu:
(a)
soġġetti għal proċeduri ta' insolvenza jew soġġetti għal oqfsa ta' ristrutturar preventiv;
(b)
soġġetti għal proċedimenti ta' likwidazzjoni għajr dawk imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4, jew
▼M4
(c)
is-suġġett ta miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet kif definit fil punt (101) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jew fil-punt (48) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/23.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|