+Artikolu 122 Abbozz ta' termini komuni ta' mergers transkonfinali

Artikolu 122 Abbozz ta' termini komuni ta' mergers transkonfinali

Artikolu 122

Abbozz ta' termini komuni ta' mergers transkonfinali

L-organi tal-ġestjoni jew tal-amministrazzjoni ta' kull waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu għandhom iħejju abbozz ta' termini komuni ta' merger transkonfinali. L-abbozz ta' termini komuni ta' merger transkonfinali għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

▼M3

(a) 

għal kull waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger, il-forma ġuridika tagħha u l-isem, u l-post tal-uffiċċju rreġistrat tagħha, u l-forma ġuridika u l-isem proposti għall-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali u l-post propost tal-uffiċċju rreġistrat tagħha;

(b) 

il-proporzjon applikabbli għall-iskambju ta' titoli jew ta' ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija u l-ammont ta' kwalunkwe pagament fi flus kontanti, fejn xieraq;

▼B

(c) 

it-termini għad-distribuzzjoni ta' sigurtajiet jew ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali;

(d) 

ir-riperkussjonijiet tal-merger transkonfinali li probabbilment ikun hemm fuq l-impjiegi;

(e) 

id-data li minnha ż-żamma ta' dawk it-titoli jew ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija se tintitola lid-detenturi li jirċievu parti mill-qligħ u kwalunkwe kondizzjonijiet speċjali li jaffettwaw dak id-dritt;

(f) 

id-data li minnha t-transazzjonijiet tal-kumpaniji li qed jingħaqdu se jiġu trattati għall-iskopijiet ta' kontabilità bħala dawk tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali;

(g) 

id-drittijiet mogħtija mill-kumpanija maħluqa mill-merger transkonfinali lil membri li jkollhom drittijiet speċjali jew detenturi li jkollhom titoli li mhumiex ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija, jew il-miżuri proposti li jikkonċernawhom;

▼M3

(h) 

kwalunkwe vantaġġ speċjali mogħti lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali, superviżorji jew ta' kontroll tal-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger;

(i) 

l-istrument tal-kostituzzjoni tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali, fejn applikabbli, u l-istatuti jekk dawn ikunu jinsabu fi strument separat;

▼B

(j) 

fejn hu xieraq, informazzjoni dwar il-proċeduri li bihom jiġu ddeterminati arranġamenti għall-involviment ta' impjegati fid-definizzjoni tad-drittijiet tagħhom li jipparteċipaw fil-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali skont l-Artikolu 133;

(k) 

informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-attiv u l-passiv li tintbagħat lill-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali;

(l) 

id-dati tal-kontijiet tal-kumpaniji li qed jinqagħdu li kienu użati biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tal-merger transkonfinali;

▼M3

(m) 

id-dettalji tal-offerta ta' kumpens fi flus kontanti għall-membri f'konformità mal-Artikolu 126a;

(n) 

kwalunkwe salvagwardja offerta lill-kredituri, bħal garanzija jew rahan.

▼M3

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.