+Artikolu 130 Reġistrazzjoni
---+Artikolu 130 1.
---+Artikolu 130 2.
---+Artikolu 130 3.

Artikolu 130 Reġistrazzjoni

Reġistrazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 130 1.
Il-liġijiet tal-Istati Membri tal-kumpaniji li jkunu l-oġġett ta' merger u tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger għandhom jiddeterminaw, fir-rigward tat-territorji rispettivi tagħhom, l-arranġamenti, f'konformità mal-Artikolu 16, għall-iżvelar tat-tlestija tal-merger transkonfinali fir-reġistri pubbliċi tagħhom.
Artikolu 130 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas l-informazzjoni li ġejja tiddaħħal fir-reġistri tagħhom:

(a) 

fir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger, li r-reġistrazzjoni tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger hija r-riżultat ta' merger transkonfinali;

(b) 

fir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger, id-data tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger;

(c) 

fir-reġistru tal-Istat Membru ta' kull kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger, li t-tħassir jew it-tneħħija mir-reġistru tal-kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger jkunu r-riżultat ta' merger transkonfinali;

(d) 

fir-reġistru tal-Istat Membru ta' kull kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger, id-data tat-tħassir jew tat-tneħħija mir-reġistru tal-kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger;

(e) 

fir-reġistri tal-Istati Membri ta' kull kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger u tal-Istat Membru tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger, rispettivament, in-numri ta' reġistrazzjoni, l-isem u l-forma legali ta' kull kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger u tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger.

Ir-reġistri għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu disponibbli pubblikament u aċċessibbli permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri.

Artikolu 130 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru fl-Istat Membru tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali jinnotifika lir-reġistru fl-Istat Membru ta' kull waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger, permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri u mingħajr dewmien, li l-merger transkonfinali sar effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll it-tħassir jew it-tneħħija mir-reġistru immedjatament mar-riċezzjoni ta' dik in-notifika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.