|
+Artikolu 130 2. |
Artikolu 130 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas l-informazzjoni li ġejja tiddaħħal fir-reġistri tagħhom:
(a)
fir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger, li r-reġistrazzjoni tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger hija r-riżultat ta' merger transkonfinali;
(b)
fir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger, id-data tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger;
(c)
fir-reġistru tal-Istat Membru ta' kull kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger, li t-tħassir jew it-tneħħija mir-reġistru tal-kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger jkunu r-riżultat ta' merger transkonfinali;
(d)
fir-reġistru tal-Istat Membru ta' kull kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger, id-data tat-tħassir jew tat-tneħħija mir-reġistru tal-kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger;
(e)
fir-reġistri tal-Istati Membri ta' kull kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger u tal-Istat Membru tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger, rispettivament, in-numri ta' reġistrazzjoni, l-isem u l-forma legali ta' kull kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger u tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger. Ir-reġistri għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu disponibbli pubblikament u aċċessibbli permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|