+Artikolu 131 Konsegwenzi ta' merger transkonfinali
---+Artikolu 131 1.
---+Artikolu 131 2.
---+Artikolu 131 3.
---+Artikolu 131 4.
---+Artikolu 131 5.
|
Artikolu 131 Konsegwenzi ta' merger transkonfinali
Konsegwenzi ta' merger transkonfinali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 131 1.
|
Merger transkonfinali li tkun saret kif stipulat fis-sottopunti (a), (c) u (d) tal-punt (2) tal-Artikolu 119 għandu jkollha, mid-data msemmija fl-Artikolu 129, il-konsegwenzi li ġejjin:
(a)
l-attiv u l-passiv kollha tal-kumpanija li tkun qed tiġi akkwistata, inklużi l-kuntratti, il-krediti, id-drittijiet u l-obbligi kollha, għandhom jiġu ttrasferiti lill-kumpanija akkwirenti;
(b)
il-membri tal-kumpanija li tkun qed tiġi akkwistata għandhom isiru membri tal-kumpanija akkwirenti, dment li ma jkunux ċedew l-ishma tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 126a(1);
(c)
il-kumpanija li tkun qed tiġi akkwistata ma għandhiex tibqa teżisti.
|
|
Artikolu 131 2.
|
Merger transkonfinali li titwettaq kif stipulat fis-sottopunt (b) tal-punt (2) tal-Artikolu 119 għandu jkollu l-konsegwenzi li ġejjin mid-data msemmija fl-Artikolu 129:
▼M3
(a)
l-attiv u l-passiv kollha tal-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger, inklużi l-kuntratti, il-krediti, id-drittijiet u l-obbligi kollha, għandhom jiġu ttrasferiti lill-kumpanija ġdida;
(b)
il-membri tal-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger għandhom isiru membri tal-kumpanija l-ġdida, dment li ma jkunux ċedew l-ishma tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 126a(1);
▼B
(c)
il-kumpaniji li qed jingħaqdu ma jibqgħux jeżistu.
|
|
Artikolu 131 3.
|
Fejn, fil-każ ta' merger transkonfinali ta' kumpaniji koperti minn dan il-Kapitolu, il-liġijiet tal-Istati Membri jeħtieġu t-twettiq ta' formalitajiet speċjali qabel it-trasferiment ta' ċerti assi, drittijiet u obbligi mill-kumpaniji li qed jingħaqdu jsir effettiv fir-rigward ta' terzi, dawk il-formalitajiet għandhom jitwettqu mill-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali.
|
|
Artikolu 131 4.
|
Id-drittijiet u l-obbligi tal-kumpaniji li qed jingħaqdu li joħorġu mill-kuntratti ta' xogħol jew relazzjonijiet ta' xogħol u li jeżistu fid-data meta l-merger transkonfinali ssir effettiva għandhom, minħabba li dik il-merger transkonfinali tkun saret effettiva, jiġu trasferiti lill-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali fid-data meta l-merger issir effettiva.
|
|
Artikolu 131 5.
|
L-ebda ishma fil-kumpanija li qed takkwista m'għandhom jiġu skambjati ma' ishma fil-kumpanija li qed tiġi akkwistata li jkunu miżmuma jew:
(a)
mill-kumpanija stess li qed takkwista jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess iżda li tidher għall-kumpanija;
(b)
mill-kumpanija li qed tiġi akkwistata innifisha jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess iżda li tidher għall-kumpanija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|