+Artikolu 133 Parteċipazzjoni tal-impjegati
---+Artikolu 133 1.
---+Artikolu 133 2.
---+Artikolu 133 3.
---+Artikolu 133 4.
---+Artikolu 133 5.
---+Artikolu 133 6.
---+Artikolu 133 7.
---+Artikolu 133 8.
|
Artikolu 133 Parteċipazzjoni tal-impjegati
Parteċipazzjoni tal-impjegati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 133 1.
|
Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, il-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali għandha tkun suġġetta għar-regoli fis-seħħ dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru fejn għandha l-uffiċju reġistrat.
|
|
Artikolu 133 2.
|
Madankollu, ir-regoli fis-seħħ dwar il-parteċipazzjoni mill-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru fejn il-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali jkollha l-uffiċju reġistrat tagħha, ma għandhomx japplikaw fejn tal-anqas waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger ikollha, fis-sitt xhur qabel l-iżvelar tal-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali, għadd medju ta' impjegati ekwivalenti għal tmenin fil-mija tal-livell limitu applikabbli, kif stabbilit fil-liġi tal-Istat Membru li għall-ġurisdizzjoni tiegħu tkun soġġetta l-kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger, li jattiva l-parteċipazzjoni tal-impjegati fis-sens tal-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/86/KE, jew fejn il-liġi nazzjonali applikabbli għall-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali:
▼B
(a)
ma tipprovdix għal mill-inqas l-istess livell ta' parteċipazzjoni tal-impjegati li tinsab fil-kumpaniji rilevanti li qed jingħaqdu, imkejla b'riferenza għal proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fost il-membri tal-korp amministrattiv jew ta' superviżjoni jew il-kumitati tagħhom jew tal-grupp ta' ġestjoni li jkopri l-unitajiet ta' qligħ, suġġett għar-rappreżentanza tal-impjegati, jew
(b)
ma tipprovdix biex l-impjegati ta' stabbilimenti tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali li jinsabu fi Stati Membri oħrajn jingħataw l-istess dritt għal eżerċizzju ta' drittijiet ta' parteċipazzjoni kif mogħti lil dawk l-impjegati li jaħdmu fl-Istat Membru fejn il-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali għandha uffiċċju reġistrat.
|
|
Artikolu 133 3.
|
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali u l-involviment tagħhom fid-definizzjoni ta' drittijiet bħal dawn għandhom ikunu regolati mill-Istati Membri, mutatis mutandis u soġġetti għall-paragrafi 4 sa 7, skont il-prinċipji u l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 12(2), (3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2157/2001 u għad-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2001/86/KE:
(a)
l-Artikolu 3(1), (2) u (3), l-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(4), u l-Artikolu 3(5) u (7);
(b)
l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 4(2)(a), (g), u (h), u l-Artikolu 4(3);
(e)
l-Artikolu 7(1) punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 7(3). Madankollu, għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, il-perċentwali rekwiżiti mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2001/86/KE għall-applikazzjoni tar-regoli standard li jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness ta' dik id-Direttiva għandu jiżdied minn 25 % għal 33 1/3 %;
(h)
il-punt (b) tal-Parti 3 tal-Anness.
|
|
Artikolu 133 4.
|
Meta jkunu qed jirregolaw il-prinċipji u l-proċeduri imsemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri:
▼M3
(a)
għandhom jagħtu lill-korpi rilevanti tal-kumpaniji li jkunu l-oġġett ta' merger, fil-każ li tal-anqas waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger tkun qed topera b'sistema ta' parteċipazzjoni tal-impjegati fis-sens tal-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/86/KE, id-dritt li jagħżlu mingħajr negozjar bil-quddiem li jkunu soġġetti direttament għar-regoli standard dwar il-parteċipazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Parti 3 tal-Anness ta' dik id-Direttiva, kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih il-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali se jkollha l-uffiċċju reġistrat, u li jaderixxu ma' dawk ir-regoli mid-data ta' reġistrazzjoni;
▼B
(b)
jagħtu lill-korp speċjali ta' negozjati id-dritt li jiddeċiedi, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tagħha li jirrappreżentaw mill-inqas żewġ terzi tal-impjegati, inklużi l-voti tal-membri li jirrappreżentaw l-impjegati f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti, li ma jiftaħx negozjati jew li jagħlaq negozjati li kienu diġà nfetħu u li jserrħu fuq ir-regoli ta' parteċipazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċju reġistrat tal-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali;
(c)
jistgħu, fil-każ fejn, wara negozjar bil-quddiem, japplikaw regoli standard għall-parteċipazzjoni u, minkejja tali regoli, jiddeċiedu li jillimitaw il-proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fil-korp amministrativ tal-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali. Madankollu, jekk f'waħda mill-kumpaniji li qed tingħaqad ir-rappreżentanti tal-impjegati jakkontaw għa mill-inqas terz mill-bord amministrattiv jew ta' superviżjoni, il-limitazzjoni qatt ma tista' tirriżulta fi proporzjon iżgħar minn terz ta' rappreżentanti tal-impjegati fl-organu amministrattiv.
|
|
Artikolu 133 5.
|
L-estensjoni tad-drittijiet ta' parteċipazzjoni tal-impjegati tal-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali li huma impjegati fi Stati Membri oħrajn, imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, m'ghandhiex twassal għal xi obbligu fuq Stati Membri li jagħmlu dik l-għażla biex jikkunsidraw dawk l-impjegati meta jsir il-kalkolu tal-limitu tad-daqs tal-korp tal-impjegati li jwassal għal drittijiet ta' parteċipazzjoni taħt il-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 133 6.
|
Fejn mill-inqas waħda mill-kumpaniji li qed tingħaqad topera taħt sistema ta' parteċipazzjoni tal-impjegati u l-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali tkun regolata minn sistema bħal dik skont ir-regoli imsemmija fil-paragrafu 2, dik il-kumpanija għandha l-obbligu li tadotta forma legali li tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet ta' parteċipazzjoni.
|
|
Artikolu 133 7.
|
Fejn il-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali tkun qed topera b'sistema ta' parteċipazzjoni tal-impjegati, dik il-kumpanija għandha tkun obbligata tieħu miżuri biex tiżgura li d-drittijiet ta' parteċipazzjoni tal-impjegati jkunu protetti f'każ ta' kwalunkwe konverżjoni, merger jew diviżjoni sussegwenti, kemm jekk transkonfinali kif ukoll jekk domestika għal perjodu minimu ta' erba' snin wara li l-merger transkonfinali ssir effettiva, billi tapplika mutatis mutandis ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 6.
|
|
Artikolu 133 8.
|
Kumpanija għandha tikkomunika lill-impjegati tagħha jew lir-rappreżentanti tagħhom jekk tagħżilx li tapplika regoli standard għall-parteċipazzjoni msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 3 jew jekk tidħolx f'negozjati fil-korp speċjali ta' negozjar. F'dan l-aħħar każ, il-kumpanija għandha tikkomunika lill-impjegati tagħha jew lir-rappreżentanti tagħhom l-eżitu tan-negozjati mingħajr dewmien żejjed.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|