|
+Artikolu 133 2. |
Artikolu 133 2.Madankollu, ir-regoli fis-seħħ dwar il-parteċipazzjoni mill-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru fejn il-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali jkollha l-uffiċju reġistrat tagħha, ma għandhomx japplikaw fejn tal-anqas waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger ikollha, fis-sitt xhur qabel l-iżvelar tal-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali, għadd medju ta' impjegati ekwivalenti għal tmenin fil-mija tal-livell limitu applikabbli, kif stabbilit fil-liġi tal-Istat Membru li għall-ġurisdizzjoni tiegħu tkun soġġetta l-kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger, li jattiva l-parteċipazzjoni tal-impjegati fis-sens tal-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/86/KE, jew fejn il-liġi nazzjonali applikabbli għall-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali:
(a)
ma tipprovdix għal mill-inqas l-istess livell ta' parteċipazzjoni tal-impjegati li tinsab fil-kumpaniji rilevanti li qed jingħaqdu, imkejla b'riferenza għal proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fost il-membri tal-korp amministrattiv jew ta' superviżjoni jew il-kumitati tagħhom jew tal-grupp ta' ġestjoni li jkopri l-unitajiet ta' qligħ, suġġett għar-rappreżentanza tal-impjegati, jew
(b)
ma tipprovdix biex l-impjegati ta' stabbilimenti tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali li jinsabu fi Stati Membri oħrajn jingħataw l-istess dritt għal eżerċizzju ta' drittijiet ta' parteċipazzjoni kif mogħti lil dawk l-impjegati li jaħdmu fl-Istat Membru fejn il-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali għandha uffiċċju reġistrat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|