|
+Artikolu 138 Pubblikazzjoni tal-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni |
Artikolu 138 Pubblikazzjoni tal-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoniArtikolu 138 Pubblikazzjoni tal-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni L-abbozz ta' kundizzjonijiet ta' diviżjoni għandu jiġi pubblikat bil-mod preskritt mill-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16 għal kull waħda mill-kumpaniji involuti f' diviżjoni, mill-inqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar dik il-kwistjoni. Kwalunkwe mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 16 jekk, għal perijodu kontinwu ta' żmien li jibda mill-inqas xahar qabel il-ġurnata stabbilita għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni u li jispiċċa mhux qabel il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa, hija tagħmel disponibbli l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni fil-websajt tagħha mingħajr ħlas għall-pubbliku. L-Istati Membri m'għandhomx jiddisponu li dik l-eżenzjoni tkun soġġetta għal xi rekwiżiti jew restrizzjonijiet minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun żgurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti u jistgħu jimponu dawn ir-rekwiżiti jew restrizzjonijiet biss sakemm ikunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. B'deroga mit-tieni paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ssir permezz tal-pjattaforma elettronika ċentrali msemmija fl-Artikolu 16(5). L-Istati Membri jistgħu alternattivament jeħtieġu li dik il-pubblikazzjoni ssir fuq kwalunkwe websajt ieħor magħżul minnhom għal dak il-għan. Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu minn waħda minn dawk il-possibilitajiet, huma għandhom jiżguraw li l-kumpaniji ma jintalbux iħalsu tariffa speċifika għal tali pubblikazzjoni. Fejn jintuża websajt ieħor li ma jkunx il-pjattaforma elettronika ċentrali, referenza li tagħti aċċess għal dak il-websajt tal-Internet għandha tiġi ppubblikata fuq dik il-pjattaforma elettronika ċentrali tal-inqas xahar qabel il-jum stabbilit għal-laqgha ġenerali. Dik ir-referenza għandha tinkludi d-data tal-pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni fuq il-websajt u għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas. Il-kumpaniji m'għandhomx jintalbu tariffa speċifika għal dik il-pubblikazzjoni. Il-projbizzjoni li permezz tagħha l-kumpaniji ma jħallsux tariffa speċifika għall-pubblikazzjoni, stabbilita fit-tielet u r-raba' paragrafu, m'għandhiex taffettwa l-kapaċità tal-Istati Membri li jgħaddu lill-kumpaniji l-ispejjeż rigward il-pjattaforma elettronika ċentrali. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-kumpaniji li jżommu l-informazzjoni għal perijodu speċifiku wara l-laqgħa ġenerali fuq il-websajt tagħhom jew, fejn applikabbli, fil-pjattaforma elettronika ċentrali jew fuq il-websajt ieħor magħżul mill-Istat Membru konċernat. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-konsegwenzi ta' interruzzjoni temporanja ta' aċċess għall-websajt jew għall-pjattaforma elettronika ċentrali, ikkawżati minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|