+Artikolu 143 Disponibbiltà ta' dokumenti għall-ispezzjoni mill-azzjonisti
---+Artikolu 143 1.
---+Artikolu 143 2.
---+Artikolu 143 3.
---+Artikolu 143 4.
|
Artikolu 143 Disponibbiltà ta' dokumenti għall-ispezzjoni mill-azzjonisti
Disponibbiltà ta' dokumenti għall-ispezzjoni mill-azzjonisti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 143 1.
|
L-azzjonisti kollha għandu jkollhom il-jedd li jispezzjonaw għallinqas id-dokumenti li ġejjin fl-uffiċcju reġistrat għallinqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni:
(a)
l-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni;
(b)
il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni għat-tliet snin finanzjarji ta' qabel;
(c)
fejn ikun applikabbli, dikjarazzjoni ta' kontijiet magħmula sa data li ma ghandhiex tkun aktar kmieni mill-ewwel jum tat-tielet xahar li jippreċedi d-data tal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni, jekk l-aħħar kontijiet annwali jirrelataw għal sena finanzjarja li tkun intemmet aktar minn sitt xhur qabel dik id-data;
(d)
fejn ikun applikabbli, ir-rapporti tal-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni previsti fl-Artikolu 141(1);
(e)
fejn applikabbli, ir-rapporti previsti fl-Artikolu 142.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, m'għandhiex tkun meħtieġa dikjarazzjoni tal-kontijiet kemm-il darba l-kumpanija tippubblika rapport finazjarju ta' kull sitt xhur skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/KE u tagħmlu disponibbli għall-azzjonisti f'konformità ma' dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 143 2.
|
Id-dikjarazzjoni tal-kontijiet prevista fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha ssir billi jintużaw l-istess metodi u l-istess għamla bħal dawk fil-karta tal-bilanċ annwali. Iżda, il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li:
(a)
m' għandux ikun neċessarju li jsir inventarju fiżiku ġdid;
(b)
il-valutazzjonijiet murija fl-aħħar karta tal-bilanċ għandhom jinbidlu biss biex jirriflettu annotazzjonijiet fil-kotba tal-kontijiet; madankollu dawn li ġejjin m'għandhomx jitqiesu:
(i)
deprezzament u riżervi interim,
(ii)
bidliet materjali fil-valur attwali li ma jidhrux fil-kotba.
|
|
Artikolu 143 3.
|
Kull azzjonist għandu jkollu l-jedd li jikseb, fuq talba u bla ħlas, kopji sħaħ jew, jekk mixtieq, partijiet minn kopji tad-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1. Fejn azzjonista jkun ta l-kunsens tiegħu biex il-kumpanija tuża mezzi elettroniċi biex twassal l-informazzjoni, il-kopji jistgħu jiġu fornuti permezz tal-posta elettronika.
|
|
Artikolu 143 4.
|
Kumpanija għandha tkun eżentata mir-rekwiżiti li d-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 isiru disponibbli fl-uffiċċju rreġistrat tagħha kemm-il darba, għall perijodu kontinwu ta' żmien li jibda tal-inqas xahar qabel id-data stabbilit għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni u li ma jintemmx qabel il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa, tagħmilhom disponibbli fuq il-websajt tagħha. L-Istati Membri m'għandhomx jissoġġettaw dik l-eżenzjoni għal rekwiżiti jew restrizzjonijiet minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun żgurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti, u jistgħu jimponu dawk ir-rekwiżiti jew restrizzjonijiet biss sakemm ikunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. Il-paragrafu 3 m'għandux japplika kemm-il darba l-websajt joffri lill-azzjonijisti l-possibbiltà, matul il-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li jniżżlu elettronikament u jistampaw id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1. Madankollu, f'dak il-każ l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kumpanija għandha tagħmel dawk id-dokumenti disponibbli fl-uffiċċju reġistrat tagħha għall-konsultazzjoni mill-azzjonisti. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kumpaniji jżommu fuq il-websajt tagħhom l-informazzjoni għal perijodu speċifiku wara l-laqgħa ġenerali. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-konsegwenzi ta' interruzzjoni temporanja gfll-aċċess għall-websajt ikkawżata minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|