|
+Artikolu 143 1. |
Artikolu 143 1.L-azzjonisti kollha għandu jkollhom il-jedd li jispezzjonaw għallinqas id-dokumenti li ġejjin fl-uffiċcju reġistrat għallinqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni:
(a)
l-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni;
(b)
il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni għat-tliet snin finanzjarji ta' qabel;
(c)
fejn ikun applikabbli, dikjarazzjoni ta' kontijiet magħmula sa data li ma ghandhiex tkun aktar kmieni mill-ewwel jum tat-tielet xahar li jippreċedi d-data tal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni, jekk l-aħħar kontijiet annwali jirrelataw għal sena finanzjarja li tkun intemmet aktar minn sitt xhur qabel dik id-data;
(d)
fejn ikun applikabbli, ir-rapporti tal-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni previsti fl-Artikolu 141(1);
(e)
fejn applikabbli, ir-rapporti previsti fl-Artikolu 142. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, m'għandhiex tkun meħtieġa dikjarazzjoni tal-kontijiet kemm-il darba l-kumpanija tippubblika rapport finazjarju ta' kull sitt xhur skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/KE u tagħmlu disponibbli għall-azzjonisti f'konformità ma' dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|