+Artikolu 146 Protezzjoni tal-interessi tal-kredituri tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni; responsabbiltà in solidum tal-kumpaniji reċipjenti
---+Artikolu 146 1.
---+Artikolu 146 2.
---+Artikolu 146 3.
---+Artikolu 146 4.
---+Artikolu 146 5.
---+Artikolu 146 6.
---+Artikolu 146 7.

Artikolu 146 Protezzjoni tal-interessi tal-kredituri tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni; responsabbiltà in solidum tal-kumpaniji reċipjenti

Protezzjoni tal-interessi tal-kredituri tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni; responsabbiltà in solidum tal-kumpaniji reċipjenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 146 1.
Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jiddisponu għal sistema adegwata ta' protezzjoni tal-interessi tal-kredituri tal-kumpaniji involuti f'diviżjoni li l-pretensjonijiet tagħhom kienu saru qabel il-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni u li kienu għadhom ma' għalqux fiż-żmien ta' dik il-pubblikazzjoni.
Artikolu 146 2.
Għal fini tal-paragrafu 1, il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom tal-anqas jipprevedu li dawk il-kredituri għandhom ikunu intitolati jiksbu salvagwardji adegwati meta minħabba l-qagħda finanzjarja tal-kumpanija li qiegħda tiġi diviża, u dik tal-kumpanija li lilha ser tkun trasferita l-obbligazzjoni skont l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni, dik il-protezzjoni tkun neċessarja u meta dawk il-kredituri ma jkollhomx diġà dawk is-salvagwardji.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-protezzjoni prevista fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jkunu awtorizzati japplikaw lill-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja xierqa għal salvagwardji adegwati bil-kondizzjoni li jkunu jistgħu juru b'mod kredibbli li minħabba fid-diviżjoni qed jiġu mhedda l-pretensjonijiet tagħhom u li ma nkisbu ebda salvagwardji adegwati mill-kumpanija.

Artikolu 146 3.
Safejn kreditur tal-kumpanija li lilha ġiet trasferita l-obligazzjoni skont l-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni ma jkunx ħa sodisfazzjon, il-kumpaniji reċipjenti għandhom ikunu responsabbli in solidum għal dik l-obbligazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw dawk il-passiv għall-assi netti allokati lil kull waħda minn dawk il-kumpaniji barra dik li lilha l-obbligazzjoni tkun ġiet trasferita. Madankollu, m'għandhomx għalfejn japplikaw dan il-paragrafu meta l-operazzjoni tad-diviżjoni hi suġġetta għas-sorveljanza ta' awtorità ġudizzjarja skont l-Artikolu 157 u maġġoranza numerika li tirrappreżenta tliet kwarti fil-valur tal-kredituri jew kull klassi ta' kredituri tal-kumpanija li qed tiġi diviża jkunu qablu li ma jesiġux tali responsabbiltà in solidum f'laqgħa skont l-punt (c) tal-Artikolu 157(1).
Artikolu 146 4.
L-Artikolu 99(3) għandu japplika.
Artikolu 146 5.
Bla ħsara għar-regoli dwar l-eżerċizzju kollettiv tad-drittijiet tagħhom, il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw għad-detenturi tal-obbligazzjonijiet tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni, ħlief meta d-diviżjoni tkun ġiet approvata f'laqgħa tad-detenturi tal-obbligazzjonijiet, jekk laqgħa bħal dik tkun prevista fil-liġijiet nazzjonali, jew mid-detenturi tal-obbligazzjonijiet individwalment.
Artikolu 146 6.
L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-kumpaniji reċipjenti jkunu responsabbli in solidum għall-obbligazzjonijiet tal-kumpanija li qed tiġi diviża. F'dak il-każ m'għandhomx għalfejn japplikaw il-paragrafi 1 sa 5.
Artikolu 146 7.
Fejn Stat Membru jgħaqqad is-sistema ta' protezzjoni ta' kredituri preskritta fil-paragrafi 1 sa 5 mar-responsabbiltà in solidum tal-kumpaniji reċipjenti kif imsemmi fil-paragrafu 6, jista' tillimita tali responsabbiltà in solidum għall-assi netti allokati lil kull waħda minn dawk il-kumpaniji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.