+Artikolu 157 Diviżjonijiet taħt is-sorveljanza ta' awtorità ġudizzjarja
---+Artikolu 157 1.
---+Artikolu 157 2.
|
Artikolu 157 Diviżjonijiet taħt is-sorveljanza ta' awtorità ġudizzjarja
Diviżjonijiet taħt is-sorveljanza ta' awtorità ġudizzjarja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 157 1.
|
Stati Membri jistgħu japplikaw il-paragrafu 2 fejn l-operazzjonijiet ta' diviżjoni huma suġġetti għas-sorveljanza ta' awtorità ġudizzjarja li għandha l-poter:
(a)
issejjaħ laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-kumpanija li qed tiġi diviża sabiex tiddeċiedi dwar id-diviżjoni;
(b)
tiżgura li l-azzjonisti ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti f'diviżjoni ikunu irċevew jew jistgħu jiksbu għallinqas id-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 143 fil-ħin biex jeżaminawhom qabel id-data tal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija tagħhom imsejħa biex tiddeċiedi dwar id-diviżjoni. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla prevista fl-Artikolu 140 il-perjodu għandu ikun twil bizzejjed biex l-azzjonisti tal-kumpaniji reċipjenti ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom b'dak l-Artikolu;
(c)
issejjaħ kull laqgħa tal-kredituri ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti f'diviżjoni sabiex tiddeċiedi dwar id-diviżjoni;
(d)
tiżgura li l-kredituri ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti f'diviżjoni tkun rċeviet jew għall-anqas tista' tikseb l-abbozz tat-l-kundizzjonijiet tad-diviżjoni f'biżżejjed żmien biex jiġi eżaminat qabel id-data msemmija fil-punt (b);
(e)
tapprova l-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni.
|
|
Artikolu 157 2.
|
Fejn l-awtorità ġudizzjarja tistabbilixxi li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (b) u (d) tal-paragrafu 1 ikunu ġew imħarsa u li l-ebda preġudizzju ma jkun ikkawzat lill-azzjonisti jew kredituri, tista' teħles lill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni mill-obbligu li japplikaw:
(a)
l-Artikolu 138, dwar il-kondizzjoni li s-sistema adegwata ta' protezzjoni tal-interessi tal-kredituri msemmijin fl-Artikolu 146(1) tkopri l-pretensjonijiet kollha indipendentement mid-data tagħhom;
(b)
il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 140 meta Stat Membru jagħmel użu mill-għażla prevista fl-Artikolu 140;
(c)
l-Artikolu 143, fejn għandhom x' jaqsmu l-perjodu u l-mod preskritti għall-ispezzjoni tad-dokumenti msemmijin fih.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|