|
+Artikolu 157 1. |
Artikolu 157 1.Stati Membri jistgħu japplikaw il-paragrafu 2 fejn l-operazzjonijiet ta' diviżjoni huma suġġetti għas-sorveljanza ta' awtorità ġudizzjarja li għandha l-poter:
(a)
issejjaħ laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-kumpanija li qed tiġi diviża sabiex tiddeċiedi dwar id-diviżjoni;
(b)
tiżgura li l-azzjonisti ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti f'diviżjoni ikunu irċevew jew jistgħu jiksbu għallinqas id-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 143 fil-ħin biex jeżaminawhom qabel id-data tal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija tagħhom imsejħa biex tiddeċiedi dwar id-diviżjoni. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla prevista fl-Artikolu 140 il-perjodu għandu ikun twil bizzejjed biex l-azzjonisti tal-kumpaniji reċipjenti ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom b'dak l-Artikolu;
(c)
issejjaħ kull laqgħa tal-kredituri ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti f'diviżjoni sabiex tiddeċiedi dwar id-diviżjoni;
(d)
tiżgura li l-kredituri ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti f'diviżjoni tkun rċeviet jew għall-anqas tista' tikseb l-abbozz tat-l-kundizzjonijiet tad-diviżjoni f'biżżejjed żmien biex jiġi eżaminat qabel id-data msemmija fil-punt (b);
(e)
tapprova l-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|