+Artikolu 160b Definizzjonijiet

Artikolu 160b Definizzjonijiet

Artikolu 160b

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(1) 

“kumpanija” tfisser kumpanija b'responsabbiltà limitata ta' tip elenkat fl-Anness II;

(2) 

“kumpanija li qed tiġi diviża” tfisser kumpanija li, fil-proċess ta' diviżjoni transkonfinali, tittrasferixxi l-attiv u l-passiv kollu tagħha lil żewġ kumpaniji jew aktar fil-każ ta' diviżjoni sħiħa, jew tittrasferixxi parti mill-attiv u mill-passiv tagħha lil kumpanija waħda jew aktar fil-każ ta' diviżjoni parzjali jew diviżjoni b'separazzjoni;

(3) 

“kumpanija reċipjenti” tfisser kumpanija ffurmata ġdida fil-kors ta' diviżjoni transkonfinali;

(4) 

“diviżjonii” tfisser operazzjoni li biha:

(a) 

kumpanija li qed tiġi diviża, meta tiġi xolta mingħajr ma tidħol f'likwidazzjoni, tittrasferixxi l-attiv u l-passiv kollu tagħha lil żewġ kumpaniji reċipjenti, billi jinħarġu lill-membri tal-kumpanija li qed tiġi diviża titoli jew ishma fil-kumpaniji reċipjenti u, jekk applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jkunx aktar minn 10 % tal-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, pagament fi flus kontanti li ma jkunx aktar minn 10 % tal-parità kontabbli ta' dawk it-titoli jew ishma (“diviżjoni sħiħa”);

(b) 

kumpanija li qed tiġi diviża tittrasferixxi parti mill-attiv u mill-passiv tagħha lil kumpanija reċipjenti waħda jew aktar, billi jinħarġu lill-membri tal-kumpanija li qed tiġi diviża titoli jew ishma fil-kumpaniji reċipjenti, jew fil-kumpanija li qed tiġi diviża jew fiż-żewġ kumpaniji reċipjenti u fil-kumpanija li qed tiġi diviża u, jekk applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jkunx aktar minn 10 % tal-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, pagament fi flus kontanti li ma jkunx aktar minn 10 % tal-parità kontabbli ta' dawk it-titoli jew ishma (“diviżjoni parzjali”); jew

(c) 

kumpanija li qed tiġi diviża tittrasferixxi parti mill-attiv u mill-passiv tagħha lil waħda jew aktar kumpaniji reċipjenti, billi jinħarġu titoli jew ishma fil-kumpaniji reċipjenti lill-kumpanija li qed tiġi diviża (“diviżjoni b'separazzjoni”).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.