+Artikolu 160d Abbozz tat-termini ta' diviżjonijiet transkonfinali

Artikolu 160d Abbozz tat-termini ta' diviżjonijiet transkonfinali

Artikolu 160d

Abbozz tat-termini ta' diviżjonijiet transkonfinali

Il-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandu jfassal l-abbozz tat-termini ta' diviżjoni transkonfinali. L-abbozz tat-termini ta' diviżjoni transkonfinali għandu jinkludi tal-anqas il-partikolaritajiet li ġejjin:

(a) 

il-forma ġuridika u l-isem tal-kumpanija li qed tiġi diviża u l-post tal-uffiċċju reġistrat tagħha, u l-forma ġuridika u l-isem proposti għall-kumpanija jew kumpaniji ġodda li jirriżultaw mid-diviżjoni transkonfinali u l-post propost tal-uffiċċji reġistrati tagħhom;

(b) 

il-proporzjon applikabbli għall-iskambju ta' titoli jew ta' ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpaniji u l-ammont ta' kwalunkwe pagament fi flus kontanti, fejn xieraq;

(c) 

it-termini għall-allokazzjoni tat-titoli jew tal-ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpaniji reċipjenti jew tal-kumpanija li qed tiġi diviża;

(d) 

l-iskeda ta' żmien indikattiva proposta għad-diviżjoni transkonfinali;

(e) 

ir-riperkussjonijiet potenzjali tad-diviżjoni transkonfinali fuq l-impjiegi;

(f) 

id-data li minnha ż-żamma tat-titoli jew tal-ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpaniji se tintitola lid-detenturi għal parti mill-profitti, u għal kwalunkwe kundizzjoni speċjali li taffettwa dak l-intitolament;

(g) 

id-data jew dati li minnhom it-tranżazzjonijiet tal-kumpanija li qed tiġi diviża jiġu ttrattati għall-finijiet kontabilistiċi bħala dawk tal-kumpaniji reċipjenti;

(h) 

kwalunkwe vantaġġ speċjali mogħti lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali, superviżorji jew ta' kontroll tal-kumpanija li qed tiġi diviża;

(i) 

id-drittijiet mogħtija mill-kumpaniji reċipjenti lill-membri tal-kumpanija li qed tiġi diviża li jgawdu drittijiet speċjali jew lid-detenturi ta' titoli li mhumiex ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija diviża, jew il-miżuri proposti li jikkonċernawhom;

(j) 

l-istrumenti tal-kostituzzjoni tal-kumpaniji reċipjenti, fejn rilevanti, u l-istatuti jekk dawn jinsabu fi strument separat, u kwalunkwe tibdil fl-istrument tal-kostituzzjoni tal-kumpanija li qed tiġi diviża fil-każ ta' diviżjoni parzjali jew diviżjoni b'separazzjoni;

(k) 

fejn xieraq, informazzjoni dwar il-proċeduri li bihom jiġu ddeterminati l-arranġamenti għall-involviment tal-impjegati fid-definizzjoni tad-drittijiet tagħhom ta' parteċipazzjoni fil-kumpaniji reċipjenti skont l-Artikolu 160l;

(l) 

deskrizzjoni preċiża tal-attiv u tal-passiv tal-kumpanija li qed tiġi diviża u dikjarazzjoni dwar kif dawk l-attiv u passiv għandhom jiġu allokati bejn il-kumpaniji reċipjenti, jew għandhom jinżammu mill-kumpanija li qed tiġi diviża fil-każ ta' diviżjoni parzjali jew diviżjoni b'separazzjoni, li tinkludi d-dispożizzjonijiet dwar it-trattament tal-attiv jew tal-passiv mhux allokati b'mod espliċitu fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, bħall-attiv jew il-passiv li ma jkunux magħrufa fid-data li fiha jitfassal l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali;

(m) 

informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-attiv u tal-passiv li għandhom jiġu allokati lil kull kumpanija involuta fid-diviżjoni transkonfinali;

(n) 

id-data tal-kontijiet tal-kumpanija li qed tiġi diviża li tintuża biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tad-diviżjoni transkonfinali;

(o) 

fejn xieraq, l-allokazzjoni lill-membri tal-kumpanija li qed tiġi diviża tal-ishma u tat-titoli fil-kumpaniji reċipjenti, jew fil-kumpanija li qed tiġi diviża jew fit-tnejn li huma, u l-kriterji li fuqhom hi bbażata tali allokazzjoni;

(p) 

id-dettalji tal-offerta ta' kumpens fi flus kontanti għal membri f'konformità mal-Artikolu 160i;

(q) 

kwalunkwe salvagwardja offerta lill-kredituri, bħal garanzija jew rahan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.