+Artikolu 160e Rapport tal-korp amministrattiv jew maniġerjali għal membri u impjegati
---+Artikolu 160e 1.
---+Artikolu 160e 2.
---+Artikolu 160e 3.
---+Artikolu 160e 4.
---+Artikolu 160e 5.
---+Artikolu 160e 6.
---+Artikolu 160e 7.
---+Artikolu 160e 8.
---+Artikolu 160e 9.
---+Artikolu 160e 10.
|
Artikolu 160e Rapport tal-korp amministrattiv jew maniġerjali għal membri u impjegati
Rapport tal-korp amministrattiv jew maniġerjali għal membri u impjegati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 160e 1.
|
Il-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandu jfassal rapport għall-membri u l-impjegati, li jispjega u jiġġustifika l-aspetti legali u ekonomiċi tad-diviżjoni transkonfinali, u jispjega wkoll l-implikazzjonijiet tad-diviżjoni transkonfinali għall-impjegati. Huwa għandu jispjega, b'mod partikolari, l-implikazzjonijiet tad-diviżjoni transkonfinali għan-negozju futur tal-kumpaniji.
|
|
Artikolu 160e 2.
|
Ir-rapport għandu jinkludi wkoll taqsima għall-membri u taqsima għall-impjegati. Il-kumpanija tista' tiddeċiedi jew li tfassal rapport wieħed li jkun fih dawk iż-żewġ taqsimiet jew tfassal rapporti separati għall-membri u għall-impjegati, li rispettivament ikollhom it-taqsima rilevanti.
|
|
Artikolu 160e 3.
|
It-taqsima tar-rapport għall-membri għandha, b'mod partikolari, tispjega dan li ġej:
(a)
il-kumpens fi flus kontanti u l-metodu li ntuża biex jiġi ddeterminat il-kumpens fi flus kontanti;
(b)
il-proporzjon ta' skambju tal-ishma u l-metodu jew metodi li ntużaw biex jiġi kkalkolat il-proporzjon ta' skambju tal-ishma, fejn applikabbli;
(c)
l-implikazzjonijiet tad-diviżjoni transkonfinali għall-membri;
(d)
id-drittijiet u r-rimedji disponibbli għall-membri f'konformità mal-Artikolu 160i.
|
|
Artikolu 160e 4.
|
It-taqsima tar-rapport għall-membri ma għandhiex tkun meħtieġa fejn il-membri kollha tal-kumpanija jkunu qablu li jirrinunzjaw dak ir-rekwiżit. L-Istati Membri jistgħu jeskludu kumpaniji b'membru wieħed mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 160e 5.
|
It-taqsima tar-rapport għall-impjegati għandha, b'mod partikolari, tispjega dan li ġej:
(a)
l-implikazzjonijiet tad-diviżjoni transkonfinali għar-relazzjonijiet tal-impjieg, kif ukoll, fejn applikabbli, kwalunkwe miżura maħsuba biex tissalvagwardja dawk ir-relazzjonijiet;
(b)
kwalunkwe tibdil materjali fil-kundizzjonijiet applikabbli tal-impjieg jew fir-rigward tal-postijiet tan-negozju tal-kumpanija;
(c)
b'liema mod il-fatturi stabbiliti fil-punti (a) u (b) jaffettwaw kwalunkwe sussidjarja tal-kumpanija.
|
|
Artikolu 160e 6.
|
Ir-rapport jew rapporti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fi kwalunkwe każ b'mod elettroniku, flimkien mal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, jekk disponibbli, tal-membri u tar-rappreżentanti tal-impjegati tal-kumpanija li qed tiġi diviża jew, fejn ma jkun hemm l-ebda tali rappreżentant, tal-impjegati nfushom, mhux anqas minn sitt ġimgħat qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 160h.
|
|
Artikolu 160e 7.
|
Fejn il-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpanija li qed tiġi diviża jirċievi opinjoni dwar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 5, fil-ħin, mir-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm ebda tali rappreżentant, mingħand l-impjegati nfushom, kif previst fil-liġi nazzjonali, il-membri għandhom jiġu infurmati dwar dan, u dik l-opinjoni għandha tiġi mehmuża mar-rapport.
|
|
Artikolu 160e 8.
|
It-taqsima tar-rapport għall-impjegati ma għandhiex tkun meħtieġa fejn kumpanija li qed tiġi diviża u s-sussidjarji tagħha, jekk ikun hemm, ma jkollhomx impjegati għajr dawk li jiffurmaw parti mill-korp amministrattiv jew maniġerjali.
|
|
Artikolu 160e 9.
|
Fejn it-taqsima tar-rapport għall-membri msemmija fil-paragrafu 3 tkun ġiet irrinunzjata f'konformità mal-paragrafu 4 u t-taqsima għall-impjegati msemmija fil-paragrafu 5 ma tkunx meħtieġa taħt il-paragrafu 8, ir-rapport ma għandux ikun rikjest.
|
|
Artikolu 160e 10.
|
Il-paragrafi 1 sa 9 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet applikabbli ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni u għall-proċeduri previsti fil-livell nazzjonali wara t-traspożizzjoni tad-Direttivi 2002/14/KE u 2009/38/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|