|
+Artikolu 160g 3. |
Artikolu 160g 3.Fejn il-kumpanija li qed tiġi diviża tagħmel disponibbli l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, din għandha tippreżenta lir-reġistru, tal-anqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 160h, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
il-forma ġuridika u l-isem tal-kumpanija li qed tiġi diviża u l-post tal-uffiċċju rreġistrat tagħha u l-forma ġuridika u l-isem proposti għall-kumpanija jew kumpaniji ġodda li jirriżultaw mid-diviżjoni transkonfinali u l-post propost tal-uffiċċju rreġistrat tagħhom;
(b)
ir-reġistru li fih ġew reġistrati d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14 fir-rigward tal-kumpanija li qed tiġi diviża, u n-numru tar-reġistrazzjoni tagħha f'dak ir-reġistru;
(c)
indikazzjoni tal-arranġamenti li saru għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-kredituri, tal-impjegati u tal-membri; u
(d)
id-dettalji tas-sit web minn fejn l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, l-avviż imsemmi fil-paragrafu 1, ir-rapport tal-espert indipendenti u informazzjoni kompluta dwar l-arranġamenti msemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu jistgħu jinkisbu online u mingħajr ħlas. Ir-reġistru għandu jagħmel disponibbli pubblikament l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|