+Artikolu 160g Żvelar
---+Artikolu 160g 1.
---+Artikolu 160g 2.
---+Artikolu 160g 3.
---+Artikolu 160g 4.
---+Artikolu 160g 5.
---+Artikolu 160g 6.
|
Artikolu 160g Żvelar
Żvelar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 160g 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti li ġejjin jiġu żvelati mill-kumpanija u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fir-reġistri tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża, tal-anqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 160h:
(a)
l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali; u
(b)
avviż li jinforma lill-membri, lill-kredituri u lir-rappreżentanti tal-impjegati tal-kumpanija li qed tiġi diviża, jew, fejn ma jkun hemm ebda tali rappreżentant, lill-impjegati nfushom, li jistgħu jippreżentaw lill-kumpanija, tal-anqas ħames ġranet tax-xogħol qabel id-data tal-laqgħa ġenerali, kummenti dwar l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li r-rapport tal-espert indipendenti jiġi żvelat u magħmul disponibbli pubblikament fir-reġistru.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija tkun tista' teskludi informazzjoni kunfidenzjali mill-iżvelar tar-rapport tal-espert indipendenti.
Id-dokumenti żvelati f'konformità ma' dan il-paragrafu għandhom ikunu aċċessibbli wkoll permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri.
|
|
Artikolu 160g 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw kumpanija li qed tiġi diviża mir-rekwiżit ta' żvelar imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fejn, għal perjodu kontinwu ta' żmien li jibda tal-anqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 160h u li jintemm mhux qabel il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa, dik il-kumpanija tagħmel id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu disponibbli għall-pubbliku fis-sit web tagħha mingħajr ħlas. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhom jissoġġettaw dik l-eżenzjoni għal ebda rekwiżit jew restrizzjoni ħlief għal dawk li jkunu meħtieġa biex ikunu żgurati s-sigurtà tas-sit web u l-awtentiċità ta' dawk id-dokumenti u li jkunu proporzjonati biex jintlaħqu dawk l-objettivi.
|
|
Artikolu 160g 3.
|
Fejn il-kumpanija li qed tiġi diviża tagħmel disponibbli l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, din għandha tippreżenta lir-reġistru, tal-anqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 160h, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
il-forma ġuridika u l-isem tal-kumpanija li qed tiġi diviża u l-post tal-uffiċċju rreġistrat tagħha u l-forma ġuridika u l-isem proposti għall-kumpanija jew kumpaniji ġodda li jirriżultaw mid-diviżjoni transkonfinali u l-post propost tal-uffiċċju rreġistrat tagħhom;
(b)
ir-reġistru li fih ġew reġistrati d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14 fir-rigward tal-kumpanija li qed tiġi diviża, u n-numru tar-reġistrazzjoni tagħha f'dak ir-reġistru;
(c)
indikazzjoni tal-arranġamenti li saru għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-kredituri, tal-impjegati u tal-membri; u
(d)
id-dettalji tas-sit web minn fejn l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, l-avviż imsemmi fil-paragrafu 1, ir-rapport tal-espert indipendenti u informazzjoni kompluta dwar l-arranġamenti msemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu jistgħu jinkisbu online u mingħajr ħlas.
Ir-reġistru għandu jagħmel disponibbli pubblikament l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 160g 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 jistgħu jiġu sodisfatti kompletament online mingħajr il-ħtieġa li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem xi awtorità kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu III tat-Titolu I.
|
|
Artikolu 160g 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jesiġu, minbarra l-iżvelar msemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, li l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jiġu ppubblikati fil-gazzetta nazzjonali tagħhom jew permezz ta' pjattaforma elettronika ċentrali f'konformità mal-Artikolu 16(3). F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru jibgħat l-informazzjoni rilevanti lill-gazzetta nazzjonali jew lil pjattaforma elettronika ċentrali.
|
|
Artikolu 160g 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kwalunkwe tariffa imposta mir-reġistri lill-kumpanija għall-iżvelar imsemmi fil-paragrafi 1 u 3 u, fejn applikabbli, għall-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, ma taqbiżx l-irkupru tal-ispejjeż għall-forniment ta' tali servizzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|