+Artikolu 160h Approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali
---+Artikolu 160h 1.
---+Artikolu 160h 2.
---+Artikolu 160h 3.
---+Artikolu 160h 4.
---+Artikolu 160h 5.
|
Artikolu 160h Approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali
Approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 160h 1.
|
Wara li tieħu nota tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 160e u 160f, fejn applikabbli, l-opinjonijiet tal-impjegati mressqa f'konformità mal-Artikolu 160e u l-kummenti mressqa f'konformità mal-Artikolu 160g, il-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandha tiddeċiedi, permezz ta' riżoluzzjoni, jekk tapprovax l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali u jekk tadattax l-istrument ta' kostituzzjoni, u l-istatuti jekk ikunu jinsabu f'dokument separat.
|
|
Artikolu 160h 2.
|
Il-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża tista' tirriżerva d-dritt li tagħmel l-implimentazzjoni tad-diviżjoni transkonfinali kondizzjonata mir-ratifika espressa minnha tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 160l.
|
|
Artikolu 160h 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-approvazzjoni tal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, u ta’ kwalunkwe emenda f’dak l-abbozz tat-termini, ikunu jirrikjedu maġġoranza ta' mhux anqas minn żewġ terzi iżda mhux aktar minn 90 % tal-voti marbuta mal-ishma jew mal-kapital sottoskritt rappreżentat fil-laqgħa ġenerali. Fi kwalunkwe każ, il-livell limitu tal-votazzjoni ma għandux ikun ogħla minn dak previst fil-liġi nazzjonali għall-approvazzjoni ta' mergers transkonfinali.
|
|
Artikolu 160h 4.
|
Fejn xi klawżola fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali jew kwalunkwe emenda fl-istrument ta' kostituzzjoni tal-kumpanija li qed tiġi diviża twassal għal żieda fl-obbligazzjonijiet ekonomiċi ta' xi membru lejn il-kumpanija jew partijiet terzi, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu, f'tali ċirkostanzi speċifiċi, li tali klawżola jew emenda fl-istrument ta' kostituzzjoni tal-kumpanija li qed tiġi diviża tiġi approvata mill-membru kkonċernat, dment li tali membru ma jkunx jista' jeżerċita d-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 160i.
|
|
Artikolu 160h 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-approvazzjoni tad-diviżjoni transkonfinali mil-laqgħa ġenerali ma tkunx tista' tiġi kkontestata unikament fuq il-motivazzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-proporzjon ta' skambju tal-ishma msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 160d ġie stabbilit b'mod inadegwat;
(b)
il-kumpens fi flus kontanti msemmi fil-punt (p) tal-Artikolu 160d jkun ġie stabbilit b'mod inadegwat; jew
(c)
l-informazzjoni mogħtija fir-rigward tal-proporzjon ta’ skambju tal-ishma msemmi fil-punt (a) jew tal-kumpens fi flus kontanti msemmijin fil-punt (b) ma kinitx konformi mar-rekwiżiti legali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|