+Artikolu 160i Protezzjoni tal-membri
---+Artikolu 160i 1.
---+Artikolu 160i 2.
---+Artikolu 160i 3.
---+Artikolu 160i 4.
---+Artikolu 160i 5.
---+Artikolu 160i 6.
---+Artikolu 160i 7.
|
Artikolu 160i Protezzjoni tal-membri
Protezzjoni tal-membri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 160i 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas il-membri ta' kumpanija li qed tiġi diviża li vvutaw kontra l-approvazzjoni tal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali jkollhom id-dritt li jċedu l-ishma tagħhom għal kumpens adegwat fi flus kontanti, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6, dment li, bħala riżultat tad-diviżjoni transkonfinali, jakkwistaw ishma fil-kumpaniji reċipjenti li jkunu regolati mil-liġi ta' Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li membri oħrajn tal-kumpanija li qed tiġi diviża jkollhom id-dritt imsemmi fl-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-oppożizzjoni espressa għall-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, jew l-intenzjoni tal-membri li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jċedu l-ishma tagħhom, jew it-tnejn li huma, ikunu dokumentati b'mod adatt mhux aktar tard mil-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 160h. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li r-reġistrazzjoni tal-oppożizzjoni għall-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali titqies bħala dokumentazzjoni adatta ta' vot negattiv.
|
|
Artikolu 160i 2.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perjodu li fih il-membri msemmija fil-paragrafu 1 ikollhom jiddikjaraw lill-kumpanija li qed tiġi diviża d-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw id-dritt li jċedu l-ishma tagħhom. Dak il-perjodu ma għandux jaqbeż xahar wara l-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 160h. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija li qed tiġi diviża tipprovdi indirizz elettroniku biex tirċievi dik id-dikjarazzjoni elettronikament.
|
|
Artikolu 160i 3.
|
L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu l-perjodu li fih ikun irid jitħallas il-kumpens fi flus kontanti speċifikat fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali. Dak il-perjodu ma għandux jintemm aktar minn xahrejn wara li d-diviżjoni transkonfinali tkun saret effettiva skont l-Artikolu 160q.
|
|
Artikolu 160i 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe membru li jkun iddikjara d-deċiżjoni tiegħu li jeżerċita d-dritt li jċedi l-ishma tiegħu, iżda li jqis li l-kumpens fi flus kontanti offrut mill-kumpanija li qed tiġi diviża ma ġiex adegwatament stabbilit, ikun intitolat jitlob kumpens addizzjonali fi flus kontanti quddiem awtoritajiet jew korpi kompetenti responsabbli taħt il-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu ta' żmien għat-talba għal kumpens addizzjonali fi flus kontanti. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li d-deċiżjoni finali li tipprovdi kumpens addizzjonali fi flus kontanti tkun valida għall-membri kollha tal-kumpanija li qed tiġi diviża li jkunu ddikjaraw id-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw id-dritt li jċedu l-ishma tagħhom skont il-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 160i 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġi tal-Istat Membru ta' kumpanija li qed tiġi diviża tirregola d-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 u li l-kompetenza esklużiva għar-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe tilwima relatata ma' dawk id-drittijiet tkun fil-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 160i 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-kumpanija li qed tiġi diviża li ma kellhomx jew ma eżerċitawx id-dritt li jċedu l-ishma tagħhom, iżda li jqisu li l-proporzjon ta' skambju tal-ishma stabbilit fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali huwa inadegwat, ikunu jistgħu jikkontestaw dak il-proporzjon u jitolbu ħlas fi flus kontanti. Il-proċedimenti f’dak ir-rigward għandhom jinbdew quddiem l-awtorità jew il-korp kompetenti responsabbli taħt il-liġi tal-Istat Membru li għaliha tkun soġġetta l-kumpanija li qed tiġi diviża, fil-limitu ta' żmien stabbilit f’dik il-liġi nazzjonali, u tali proċedimenti ma għandhomx jipprevjenu r-reġistrazzjoni tad-diviżjoni transkonfinali. Id-deċiżjoni għandha torbot lill-kumpaniji reċipjenti u, fil-każ ta' diviżjoni parzjali, anke lill-kumpanija li qed tiġi diviża.
|
|
Artikolu 160i 7.
|
L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu li l-kumpanija reċipjenti kkonċernata u, fil-każ ta' diviżjoni parzjali, anke l-kumpanija li qed tiġi diviża, ikunu jistgħu jipprovdu ishma jew kumpens ieħor minflok ħlas fi flus kontanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|