|
+Artikolu 160l 2. |
Artikolu 160l 2.Madankollu, ir-regoli fis-seħħ li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tal-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru fejn il-kumpanija li tirriżulta mid-diviżjoni transkonfinali jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha ma għandhomx japplikaw fejn il-kumpanija li qed tiġi diviża jkollha, fis-sitt xhur qabel l-iżvelar tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, għadd medju ta' impjegati ekwivalenti għal tmenin fil-mija tal-livell minimu applikabbli, kif stabbilit fil-liġi tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża, biex tiġi attivata l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fis-sens tal-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/86/KE, jew fejn il-liġi nazzjonali applikabbli għal kull waħda mill-kumpaniji reċipjenti:
(a)
ma tipprevedix tal-anqas l-istess livell ta' parteċipazzjoni tal-impjegati kif operata fil-kumpanija li qed tiġi diviża qabel id-diviżjoni transkonfinali tagħha, ikkalkolata b'referenza għall-proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fost il-membri tal-korp amministrattiv jew superviżorju jew il-kumitati tagħhom jew tal-grupp maniġerjali li jkopri l-unitajiet tal-profitt tal-kumpanija, soġġetti għar-rappreżentanza tal-impjegati; jew
(b)
ma tipprovdix li l-impjegati tal-istabbilimenti tal-kumpaniji reċipjenti li jinsabu fi Stati Membri oħrajn ikunu wkoll jistgħu jeżerċitaw drittijiet ta' parteċipazzjoni kif igawdu dawk l-impjegati mħaddma fl-Istat Membru fejn il-kumpanija reċipjenti jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|