+Artikolu 160l Parteċipazzjoni tal-impjegati
---+Artikolu 160l 1.
---+Artikolu 160l 2.
---+Artikolu 160l 3.
---+Artikolu 160l 4.
---+Artikolu 160l 5.
---+Artikolu 160l 6.
---+Artikolu 160l 7.
---+Artikolu 160l 8.

Artikolu 160l Parteċipazzjoni tal-impjegati

Parteċipazzjoni tal-impjegati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 160l 1.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, kull kumpanija reċipjenti għandha tkun soġġetta għar-regoli fis-seħħ li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tal-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru fejn ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha.
Artikolu 160l 2.

Madankollu, ir-regoli fis-seħħ li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tal-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru fejn il-kumpanija li tirriżulta mid-diviżjoni transkonfinali jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha ma għandhomx japplikaw fejn il-kumpanija li qed tiġi diviża jkollha, fis-sitt xhur qabel l-iżvelar tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, għadd medju ta' impjegati ekwivalenti għal tmenin fil-mija tal-livell minimu applikabbli, kif stabbilit fil-liġi tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża, biex tiġi attivata l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fis-sens tal-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/86/KE, jew fejn il-liġi nazzjonali applikabbli għal kull waħda mill-kumpaniji reċipjenti:

(a) 

ma tipprevedix tal-anqas l-istess livell ta' parteċipazzjoni tal-impjegati kif operata fil-kumpanija li qed tiġi diviża qabel id-diviżjoni transkonfinali tagħha, ikkalkolata b'referenza għall-proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fost il-membri tal-korp amministrattiv jew superviżorju jew il-kumitati tagħhom jew tal-grupp maniġerjali li jkopri l-unitajiet tal-profitt tal-kumpanija, soġġetti għar-rappreżentanza tal-impjegati; jew

(b) 

ma tipprovdix li l-impjegati tal-istabbilimenti tal-kumpaniji reċipjenti li jinsabu fi Stati Membri oħrajn ikunu wkoll jistgħu jeżerċitaw drittijiet ta' parteċipazzjoni kif igawdu dawk l-impjegati mħaddma fl-Istat Membru fejn il-kumpanija reċipjenti jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha.

Artikolu 160l 3.

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-kumpaniji li jirriżultaw mid-diviżjoni transkonfinali u l-involviment tagħhom fid-definizzjoni ta' tali drittijiet għandhom ikunu regolati mill-Istati Membri, mutatis mutandis u soġġett għall-paragrafi 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu, f'konformità mal-prinċipji u mal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 12(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2157/2001 u fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2001/86/KE:

(a) 

l-Artikolu 3(1), il-punti (a)(i) u (b) tal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 3(3), l-ewwel żewġ sentenzi tal-Artikolu 3(4), u l-Artikolu 3(5) u (7);

(b) 

l-Artikolu 4(1), il-punti (a), (g) u (h) tal-Artikolu 4(2), u l-Artikolu 4(3) u (4);

(c) 

l-Artikolu 5;

(d) 

l-Artikolu 6;

(e) 

l-Artikolu 7(1), bl-eċċezzjoni tat-tieni inċiż tal-punt (b);

(f) 

l-Artikoli 8,, 10, 11 u 12; u

(g) 

il-punt (a) tal-Parti 3 tal-Anness.

Artikolu 160l 4.

Meta jkunu qed jirregolaw il-prinċipji u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri:

(a) 

għandhom jagħtu lill-korp speċjali tan-negozjar id-dritt li jiddeċiedi, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi mill-impjegati, li ma jiftaħx negozjati jew li jtemm in-negozjati diġà miftuħa u li jibbaża fuq ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni fis-seħħ fl-Istati Membri ta' kull waħda mill-kumpaniji reċipjenti;

(b) 

jistgħu, fil-każ fejn, wara negozjati preċedenti, ikunu applikabbli regoli standard għall-parteċipazzjoni u minkejja tali regoli, jiddeċiedu li jillimitaw il-proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fil-korp amministrattiv tal-kumpaniji reċipjenti. Madankollu, jekk, fil-kumpanija li qed tiġi diviża, ir-rappreżentanti tal-impjegati jikkostitwixxu tal-anqas terz mill-korp amministrattiv jew superviżorju, il-limitazzjoni qatt ma tista' tirriżulta fi proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fil-korp amministrattiv iżgħar minn terz;

(c) 

għandhom jiżguraw li r-regoli tal-parteċipazzjoni tal-impjegati li kienu japplikaw qabel id-diviżjoni transkonfinali jibqgħu japplikaw sad-data ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe regola sussegwentement miftiehma jew, fin-nuqqas ta' regoli miftiehma, sal-mument tal-applikazzjoni ta' regoli standard f'konformità mal-punt (a) tal-Parti 3 tal-Anness tad-Direttiva 2001/86/KE.

Artikolu 160l 5.
L-estensjoni tad-drittijiet ta' parteċipazzjoni għall-impjegati tal-kumpaniji reċipjenti li jkunu impjegati fi Stati Membri oħra, kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, ma għandhiex twassal għal xi obbligu għall-Istati Membri li jagħmlu dik l-għażla biex jikkunsidraw lil dawk l-impjegati meta jikkalkolaw id-daqs tal-livelli minimi tal-forza tax-xogħol li jwasslu għal drittijiet ta' parteċipazzjoni taħt il-liġi nazzjonali.
Artikolu 160l 6.
Fejn kwalunkwe waħda mill-kumpaniji reċipjenti għandha tkun iggvernata b'sistema ta' parteċipazzjoni tal-impjegati f'konformità mar-regoli msemmija fil-paragrafu 2, dik il-kumpanija għandha tkun obbligata tieħu forma ġuridika li tippermetti l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' parteċipazzjoni,
Artikolu 160l 7.
Fejn il-kumpanija reċipjenti tkun qed topera taħt sistema ta' parteċipazzjoni tal-impjegati, dik il-kumpanija għandha tkun obbligata tieħu miżuri biex tiżgura li d-drittijiet ta' parteċipazzjoni tal-impjegati jkunu protetti fil-każ ta' kwalunkwe konverżjoni, jew merger jew diviżjoni sussegwenti, kemm jekk transkonfinali kif ukoll jekk domestika, għal perjodu ta' erba' snin wara li tidħol fis-seħħ id-diviżjoni transkonfinali, billi tapplika, mutatis mutandis, ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 6.
Artikolu 160l 8.
Kumpanija għandha tikkomunika lill-impjegati tagħha jew lir-rappreżentanti tagħhom l-eżitu tan-negozjati li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tal-impjegati mingħajr dewmien żejjed.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.