+Artikolu 160m Ċertifikat ta' qabel id-diviżjoni
---+Artikolu 160m 1.
---+Artikolu 160m 2.
---+Artikolu 160m 3.
---+Artikolu 160m 4.
---+Artikolu 160m 5.
---+Artikolu 160m 6.
---+Artikolu 160m 7.
---+Artikolu 160m 8.
---+Artikolu 160m 9.
---+Artikolu 160m 10.
---+Artikolu 160m 11.
---+Artikolu 160m 12.

Artikolu 160m Ċertifikat ta' qabel id-diviżjoni

Ċertifikat ta' qabel id-diviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 160m 1.
L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-qorti, nutar jew awtorità jew awtoritajiet oħra kompetenti biex jiskrutinizzaw il-legalità tad-diviżjonijiet transkonfinali fir-rigward tal-partijiet tal-proċedura li huma regolati mil-liġi tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża, u biex joħorġu ċertifikat ta' qabel id-diviżjoni li jattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha u t-tlestija kif dovut tal-proċeduri u l-formalitajiet kollha f'dak l-Istat Membru (l-“awtorità kompetenti”).

Tali tlestija ta' proċeduri u formalitajiet tista' tinkludi l-adempiment jew l-assigurar ta' obbligazzjonijiet ta’ flus jew mhux ta’ flus dovuti lil korpi pubbliċi jew il-konformità ma' rekwiżiti settorjali speċifiċi, inkluż l-assigurar ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn proċedimenti kurrenti.

Artikolu 160m 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni biex jinkiseb ċertifikat ta' qabel id-diviżjoni mill-kumpanija li qed tiġi diviża tkun akkumpanjata minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali;

(b) 

ir-rapport u l-opinjoni mehmuża, jekk ikun hemm, imsemmija fl-Artikolu 160e, kif ukoll ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 160f, fejn ikunu disponibbli;

(c) 

kwalunkwe kumment li jkun tressaq f'konformità mal-Artikolu 160g(1); u

(d) 

informazzjoni dwar l-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 160h.

Artikolu 160m 3.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-applikazzjoni, mill-kumpanija li qed tiġi diviża, għall-ksib ta' ċertifikat ta' qabel id-diviżjoni tkun akkumpanjata minn informazzjoni addizzjonali, bħal, b'mod partikolari:

(a) 

l-għadd ta' impjegati fil-waqt tat-tfassil tal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali;

(b) 

l-eżistenza ta’ sussidjarji u l-allokazzjoni ġeografika rispettiva tagħhom;

(c) 

informazzjoni dwar l-adempiment tal-obbligazzjonijiet dovuti lil korpi pubbliċi mill-kumpanija li qed tiġi diviża;

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu tali informazzjoni, jekk ma tkunx ġiet ipprovduta mill-kumpanija li qed tiġi diviża, minn awtoritajiet rilevanti oħra.

Artikolu 160m 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, inkluża l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni jew dokument, tista' timtela kompletament online mingħajr il-ħtieġa li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem l-awtorità kompetenti, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu III tat-Titolu I.
Artikolu 160m 5.
Fir-rigward tal-konformità mar-regoli li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tal-impjegati kif stabbiliti fl-Artikolu 160l, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandha tivverifika li l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali jinkludi informazzjoni dwar il-proċeduri li bihom jiġu ddeterminati l-arranġamenti rilevanti u dwar l-għażliet possibbli għal tali arranġamenti.
Artikolu 160m 6.

Bħala parti mill-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha teżamina dan li ġej:

(a) 

id-dokumenti u l-informazzjoni kollha mressqa lill-awtorità kompetenti f'konformità mal-paragrafi 2 u 3;

(b) 

indikazzjoni mill-kumpanija li qed tiġi diviża li l-proċedura msemmija fl-Artikolu 160l(3) u (4) bdiet, fejn rilevanti.

Artikolu 160m 7.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1 isir fi żmien tliet xhur mid-data tar-riċevuta tad-dokumenti u tal-informazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni tad-diviżjoni transkonfinali mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża. Dak l-iskrutinju għandu jkollu wieħed mir-riżultati li ġejjin:

(a) 

fejn jiġi ddeterminat li d-diviżjoni transkonfinali tikkonforma mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha u li l-proċeduri u l-formalitajiet neċessarji kollha tlestew, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta' qabel id-diviżjoni;

(b) 

fejn jiġi ddeterminat li d-diviżjoni transkonfinali ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha jew li mhux il-proċeduri u l-formalitajiet neċessarji kollha tlestew, l-awtorità kompetenti ma għandhiex toħroġ iċ-ċertifikat ta' qabel id-diviżjoni u għandha tinforma lill-kumpanija bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha; f'dak il-każ, l-awtorità kompetenti tista' tagħti lill-kumpanija l-opportunità li tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti jew li tlesti l-proċeduri u l-formalitajiet f'perjodu ta' żmien xieraq.

Artikolu 160m 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti ma toħroġx iċ-ċertifikat ta' qabel id-diviżjoni fejn jiġi ddeterminat, f'konformità mal-liġijiet nazzjonali, li diviżjoni transkonfinali tkun għal finijiet abbużivi jew frawdolenti li jwasslu jew huma maħsuba għall-evażjoni minn, jew għall-evitar ta', il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, jew għal finijiet kriminali.
Artikolu 160m 9.
Fejn l-awtorità kompetenti, waqt l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1, ikollha dubji serji li jindikaw li d-diviżjoni transkonfinali tkun għal finijiet abbużivi jew frawdolenti li jwasslu jew huma maħsuba għall-evażjoni minn, jew għall-evitar ta', il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, jew għal finijiet kriminali, għandha tqis il-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti, bħal, fejn ikunu rilevanti u ma jitqisux b'mod iżolat, fatturi indikattivi li minnhom l-awtorità kompetenti tkun saret konxja, matul l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1, inkluż permezz ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti. Il-valutazzjoni għall-finijiet ta' dan il-paragrafu għandha ssir fuq bażi ta' każ b'każ, permezz ta' proċedura regolata mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 160m 10.
Fejn ikun jenħtieġ, għall-finijiet tal-valutazzjoni taħt il-paragrafi 8 u 9, li jittieħed kont ta' informazzjoni addizzjonali jew li jitwettqu attivitajiet addizzjonali ta' investigazzjoni, il-perjodu ta' tliet xhur previst fil-paragrafu 7 jista' jiġi estiż b'massimu ta' tliet xhur
Artikolu 160m 11.
Fejn, minħabba l-kumplessità tal-proċedura transkonfinali, il-valutazzjoni ma tkunx tista' ssir fi ħdan l-iskadenzi previsti fil-paragrafi 7 u 10, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jiġi notifikat bir-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien qabel ma jagħlqu dawk l-iskadenzi
Artikolu 160m 12.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti maħtura tkun tista' tikkonsulta awtoritajiet rilevanti oħra b'kompetenzi fl-oqsma differenti kkonċernati mid-diviżjoni transkonfinali, inklużi dawk tal-Istat Membru tal-kumpaniji reċipjenti, u tikseb minn dawk l-awtoritajiet u mill-kumpanija li qed tiġi diviża, l-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa biex tiskrutinizza l-legalità tad-diviżjoni transkonfinali, fi ħdan il-qafas proċedurali stabbilit fil-liġi nazzjonali. Għall-finijiet tal-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tirrikorri għal espert indipendenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.