+Artikolu 160o Skrutinju tal-legalità ta’ diviżjoni transkonfinali
---+Artikolu 160o 1.
---+Artikolu 160o 2.
---+Artikolu 160o 3.
---+Artikolu 160o 4.
---+Artikolu 160o 5.
|
Artikolu 160o Skrutinju tal-legalità ta’ diviżjoni transkonfinali
Skrutinju tal-legalità ta’ diviżjoni transkonfinali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 160o 1.
|
L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-qorti, nutar jew awtorità oħra kompetenti biex jiskrutinizzaw il-legalità tad-diviżjoni transkonfinali fir-rigward ta' dik il-parti tal-proċedura li tikkonċerna t-tlestija tad-diviżjoni transkonfinali regolata mil-liġi tal-Istati Membri tal-kumpaniji reċipjenti u biex japprovaw id-diviżjoni transkonfinali. Dik l-awtorità għandha, b'mod partikolari, tiżgura li l-kumpaniji reċipjenti jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-inkorporazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' kumpaniji u, fejn xieraq, li l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-impjegati jkunu ġew determinati f'konformità mal-Artikolu 160l.
|
|
Artikolu 160o 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kumpanija li qed tiġi diviża għandha tippreżenta lil kull awtorità msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali approvat mil-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 160h.
|
|
Artikolu 160o 3.
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe applikazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1, mill-kumpanija li qed tiġi diviża, inkluża l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni u dokument, tista' timtela kompletament online mingħajr il-ħtieġa li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem l-awtorità msemmija fil-paragrafu 1, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu III tat-Titolu I.
|
|
Artikolu 160o 4.
|
L-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapprova d-diviżjoni transkonfinali malli tiddetermina li l-kundizzjonijiet rilevanti kollha ġew sodisfatti kif dovut u l-formalitajiet tlestew kif dovut fl-Istati Membri tal-kumpaniji reċipjenti.
|
|
Artikolu 160o 5.
|
Iċ-ċertifikat ta' qabel id-diviżjoni għandu jiġi aċċettat mill-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 bħala attestazzjoni konklużiva tat-tlestija korretta tal-proċeduri u l-formalitajiet applikabbli ta' qabel id-diviżjoni fl-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża li mingħajrhom id-diviżjoni transkonfinali ma tkunx tista' tiġi approvata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|