|
+Artikolu 160p 2. |
Artikolu 160p 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas l-informazzjoni li ġejja tiddaħħal fir-reġistri tagħhom:
(a)
fir-reġistru tal-Istat Membri tal-kumpaniji reċipjenti, li r-reġistrazzjoni tal-kumpanija reċipjenti tkun ir-riżultat ta' diviżjoni transkonfinali;
(b)
fir-reġistru tal-Istat Membri tal-kumpaniji reċipjenti, id-dati tar-reġistrazzjoni tal-kumpaniji reċipjenti;
(c)
fir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża, il-fatt li t-tħassir jew it-tneħħija, mir-reġistru, tal-kumpanija li qed tiġi diviża jkunu r-riżultat ta' diviżjoni transkonfinali
(d)
fir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża, fil-każ ta' diviżjoni sħiħa, id-data tat-tħassir jew tat-tneħħija tal-kumpanija li qed tiġi diviża mir-reġistru;
(e)
fir-reġistri tal-Istat Membru tal-kumpanija li qed tiġi diviża u tal-Istati Membri tal-kumpaniji reċipjenti, rispettivament, in-numru ta' reġistrazzjoni, l-isem u l-forma ġuridika tal-kumpanija li qed tiġi diviża u tal-kumpaniji reċipjenti. Ir-reġistri għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu disponibbli pubblikament u aċċessibbli permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|