|
+Artikolu 160r 2. |
Artikolu 160r 2.Diviżjoni transkonfinali parzjali għandu jkollha, mid-data msemmija fl-Artikolu 160q, il-konsegwenzi li ġejjin:
(a)
parti mill-attiv u l-passiv tal-kumpanija li qed tiġi diviża, inklużi l-kuntratti, il-krediti, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet, għandha tiġi ttrasferita lill-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti, filwaqt li l-bqija għandha tkompli tappartjeni lill-kumpanija li qed tiġi diviża f'konformità mal-allokazzjoni speċifikata fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali;
(b)
tal-anqas uħud mill-membri tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandhom isiru membri tal-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti u tal-anqas uħud mill-membri għandhom jibqgħu fil-kumpanija li qed tiġi diviża jew għandhom isiru membri tat-tnejn f'konformità mal-allokazzjoni tal-ishma speċifikata fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, dment li dawk il-membri ma jkunux ċedew l-ishma tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 160 i(1);
(c)
id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija li qed tiġi diviża li jirriżultaw mill-kuntratti ta' impjieg jew minn relazzjonijiet ta' impjieg u li jeżistu fid-data li fiha d-diviżjoni transkonfinali ssir effettiva, allokati lill-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti taħt l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, għandhom jiġu ttrasferiti lill-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti rispettivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|