+Artikolu 160r Konsegwenzi ta’ diviżjoni transkonfinali
---+Artikolu 160r 1.
---+Artikolu 160r 2.
---+Artikolu 160r 3.
---+Artikolu 160r 4.
---+Artikolu 160r 5.
---+Artikolu 160r 6.
|
Artikolu 160r Konsegwenzi ta’ diviżjoni transkonfinali
Konsegwenzi ta’ diviżjoni transkonfinali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 160r 1.
|
Diviżjoni transkonfinali sħiħa għandu jkollha, mid-data msemmija fl-Artikolu 160q, il-konsegwenzi li ġejjin:
(a)
l-attiv u l-passiv kollha tal-kumpanija li qed tiġi diviża, li jinkludu l-kuntratti, il-krediti, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha, għandhom jiġu ttrasferiti lill-kumpaniji reċipjenti f'konformità mal-allokazzjoni speċifikata fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali;
(b)
il-membri tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandhom isiru membri tal-kumpaniji reċipjenti f'konformità mal-allokazzjoni tal-ishma speċifikata fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, dment li ma jkunux ċedew l-ishma tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 160i(1);
(c)
id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija li qed tiġi diviża li jirriżultaw minn kuntratti ta' impjieg jew minn relazzjonijiet ta' impjieg u li jkunu jeżistu fid-data li fiha d-diviżjoni transkonfinali ssir effettiva għandhom jiġu ttrasferiti lill-kumpaniji reċipjenti;
(d)
il-kumpanija li qed tiġi diviża ma tibqax teżisti.
|
|
Artikolu 160r 2.
|
Diviżjoni transkonfinali parzjali għandu jkollha, mid-data msemmija fl-Artikolu 160q, il-konsegwenzi li ġejjin:
(a)
parti mill-attiv u l-passiv tal-kumpanija li qed tiġi diviża, inklużi l-kuntratti, il-krediti, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet, għandha tiġi ttrasferita lill-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti, filwaqt li l-bqija għandha tkompli tappartjeni lill-kumpanija li qed tiġi diviża f'konformità mal-allokazzjoni speċifikata fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali;
(b)
tal-anqas uħud mill-membri tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandhom isiru membri tal-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti u tal-anqas uħud mill-membri għandhom jibqgħu fil-kumpanija li qed tiġi diviża jew għandhom isiru membri tat-tnejn f'konformità mal-allokazzjoni tal-ishma speċifikata fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, dment li dawk il-membri ma jkunux ċedew l-ishma tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 160 i(1);
(c)
id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija li qed tiġi diviża li jirriżultaw mill-kuntratti ta' impjieg jew minn relazzjonijiet ta' impjieg u li jeżistu fid-data li fiha d-diviżjoni transkonfinali ssir effettiva, allokati lill-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti taħt l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, għandhom jiġu ttrasferiti lill-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti rispettivi.
|
|
Artikolu 160r 3.
|
Diviżjoni transkonfinali b'separazzjoni għandu jkollha, mid-data msemmija fl-Artikolu 160q, il-konsegwenzi li ġejjin:
(a)
parti mill-attiv u l-passiv tal-kumpanija li qed tiġi diviża, inklużi l-kuntratti, il-krediti, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet, għandha tiġi ttrasferita lill-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti, filwaqt li l-bqija għandha tkompli tappartjeni lill-kumpanija li qed tiġi diviża f'konformità mal-allokazzjoni speċifikata fl-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali;
(b)
l-ishma tal-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti għandhom jiġu allokati lill-kumpanija li qed tiġi diviża;
(c)
id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija li qed tiġi diviża li jirriżultaw mill-kuntratti ta' impjieg jew minn relazzjonijiet ta' impjieg u li jeżistu fid-data li fiha d-diviżjoni transkonfinali ssir effettiva, allokati lill-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti taħt l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, għandhom jiġu ttrasferiti lill-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti rispettivi.
|
|
Artikolu 160r 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 160j(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn attiv jew passiv tal-kumpanija li qed tiġi diviża ma jiġix allokat b'mod espliċitu taħt l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali, kif imsemmi fil-punt (l) tal-Artikolu 160d, u fejn l-interpretazzjoni ta' dawk it-termini ma tagħmilx deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tiegħu possibbli, l-attiv jew il-korrispettiv għalih jew il-passiv jiġi allokat lill-kumpaniji reċipjenti kollha jew, fil-każ ta' diviżjoni parzjali jew diviżjoni b'separazzjoni, lill-kumpaniji reċipjenti kollha u lill-kumpanija li qed tiġi diviża b'mod proporzjonat għas-sehem tal-assi netti allokati lil kull waħda minn dawk il-kumpaniji taħt l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni transkonfinali.
|
|
Artikolu 160r 5.
|
Fejn, fil-każ ta' diviżjoni transkonfinali, il-liġijiet tal-Istati Membri jirrikjedu t-tlestija ta' formalitajiet speċjali qabel ma t-trasferiment ta' ċerti assi, drittijiet u obbligazzjonijiet mill-kumpanija li qed tiġi diviża jsir effettiv fil-konfront ta' partijiet terzi, dawk il-formalitajiet għandhom jitwettqu mill-kumpanija li qed tiġi diviża jew mill-kumpaniji reċipjenti, kif xieraq.
|
|
Artikolu 160r 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ishma f'kumpanija reċipjenti ma jkunux jistgħu jiġu skambjati ma' ishma fil-kumpanija li qed tiġi diviża li jkunu miżmuma jew mill-kumpanija nfisha jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess iżda għan-nom tal-kumpanija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|