|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“merkurju” tfisser merkurju metalliku (Hg, CAS RN 7439-97-6);
(2)
“kompost tal-merkurju” tfisser kwalunkwe sustanza li tikkonsisti f'atomi tal-merkurju u atomu wieħed jew aktar ta' elementi kimiċi oħrajn li jistgħu jiġu sseparati f'komponenti differenti permezz ta' reazzjonijiet kimiċi biss;
(3)
“taħlita” tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar;
(4)
“prodott miżjud bil-merkurju” tfisser prodott jew komponent ta' prodott li fih merkurju jew kompost tal-merkurju li żdied b'mod intenzjonali;
(5)
“skart tal-merkurju” tfisser merkurju metalliku li jikkwalifika bħala skart kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(6)
“esportazzjoni” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
l-esportazzjoni permanenti jew temporanja ta' merkurju, komposti tal-merkurju, taħlitiet tal-merkurju u prodotti miżjudin bil-merkurju li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 28(2) TFUE;
(b)
l-esportazzjoni mill-ġdid ta' merkurju, komposti tal-merkurju, taħlitiet tal-merkurju u prodotti miżjudin bil-merkurju li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28(2) TFUE li jitqiegħdu taħt proċedura doganali li ma tkunx il-proċedura ta' tranżitu estern tal-Unjoni għal merkanzija li tkun għaddejja mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(7)
“importazzjoni” tfisser l-introduzzjoni fiżika fit-territorju doganali tal-Unjoni ta' merkurju, komposti tal-merkurju, taħlitiet tal-merkurju u prodotti miżjuda bil-merkurju li titqiegħed taħt proċedura doganali li ma tkunx il-proċedura ta' tranżitu estern tal-Unjoni għal merkanzija li tkun għaddejja mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(8)
“rimi” tfisser rimi kif definit fil-punt (19) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(9)
“estrazzjoni primarja tal-merkurju” tfisser estrazzjoni fejn il-materjal prinċipali mfittex ikun il-merkurju;
(10)
“konverżjoni” tfisser it-trasformazzjoni kimika tal-istat fiżiku tal-merkurju minn stat likwidu għal sulfur tal-merkurju jew kompost kimiku komparabbli li jkun ugwalment jew aktar stabbli u solubbli b'mod ugwali jew inferjuri fl-ilma u li ma jippreżenta l-ebda periklu għall-ambjenti jew għas-saħħa aktar mis-sulfur tal-merkurju.
(11)
“tqegħid fis-suq” tfisser il-forniment lil parti terza jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni tagħha, kemm bi ħlas u kemm mingħajr ħlas. L-importazzjoni għandha titqies bħala tqegħid fis-suq; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|