+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett u għan
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett u għan
|
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu u l-ħżin ta' u l-kummerċ tal-merkurju, il-komposti tal-merkurju u t-taħlitiet tal-merkurju, u l-manifattura u l-użu ta' u l-kummerċ ta' prodotti miżjudin bil-merkurju, u l-ġestjoni tal-iskart tal-merkurju, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent minn emissjonijiet u r-rilaxxi antropoġeniċi tal-merkurju u l-komposti tal-merkurju.
Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu japplikaw rekwiżiti aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mat-TFUE.
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“merkurju” tfisser merkurju metalliku (Hg, CAS RN 7439-97-6);
(2)
“kompost tal-merkurju” tfisser kwalunkwe sustanza li tikkonsisti f'atomi tal-merkurju u atomu wieħed jew aktar ta' elementi kimiċi oħrajn li jistgħu jiġu sseparati f'komponenti differenti permezz ta' reazzjonijiet kimiċi biss;
(3)
“taħlita” tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar;
(4)
“prodott miżjud bil-merkurju” tfisser prodott jew komponent ta' prodott li fih merkurju jew kompost tal-merkurju li żdied b'mod intenzjonali;
(5)
“skart tal-merkurju” tfisser merkurju metalliku li jikkwalifika bħala skart kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(6)
“esportazzjoni” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
l-esportazzjoni permanenti jew temporanja ta' merkurju, komposti tal-merkurju, taħlitiet tal-merkurju u prodotti miżjudin bil-merkurju li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 28(2) TFUE;
(b)
l-esportazzjoni mill-ġdid ta' merkurju, komposti tal-merkurju, taħlitiet tal-merkurju u prodotti miżjudin bil-merkurju li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28(2) TFUE li jitqiegħdu taħt proċedura doganali li ma tkunx il-proċedura ta' tranżitu estern tal-Unjoni għal merkanzija li tkun għaddejja mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(7)
“importazzjoni” tfisser l-introduzzjoni fiżika fit-territorju doganali tal-Unjoni ta' merkurju, komposti tal-merkurju, taħlitiet tal-merkurju u prodotti miżjuda bil-merkurju li titqiegħed taħt proċedura doganali li ma tkunx il-proċedura ta' tranżitu estern tal-Unjoni għal merkanzija li tkun għaddejja mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(8)
“rimi” tfisser rimi kif definit fil-punt (19) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(9)
“estrazzjoni primarja tal-merkurju” tfisser estrazzjoni fejn il-materjal prinċipali mfittex ikun il-merkurju;
(10)
“konverżjoni” tfisser it-trasformazzjoni kimika tal-istat fiżiku tal-merkurju minn stat likwidu għal sulfur tal-merkurju jew kompost kimiku komparabbli li jkun ugwalment jew aktar stabbli u solubbli b'mod ugwali jew inferjuri fl-ilma u li ma jippreżenta l-ebda periklu għall-ambjenti jew għas-saħħa aktar mis-sulfur tal-merkurju.
(11)
“tqegħid fis-suq” tfisser il-forniment lil parti terza jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni tagħha, kemm bi ħlas u kemm mingħajr ħlas. L-importazzjoni għandha titqies bħala tqegħid fis-suq;
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0852
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|