+Artikolu 4 1.

Artikolu 4 1.

L-importazzjoni tal-merkurju u l-importazzjoni tat-taħlitiet tal-merkurju elenkati fl-Anness I, inkluż l-iskart tal-merkurju minn kwalunkwe waħda mis-sorsi kbar imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 11, għal użi oħrajn għajr ir-rimi bħala skart għandha tkun ipprojbita. Tali importazzjoni għar-rimi bħala skart għandha tkun awtorizzata biss fejn il-pajjiż esportatur ma jkollux aċċess għal kapaċità ta' konverżjoni disponibbli fit-territorju tiegħu stess.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11 u b'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-importazzjoni tal-merkurju u l-importazzjoni tat-taħlitiet tal-merkurju elenkati fl-Anness I għal użu awtorizzat fi Stat Membru għandha tkun awtorizzata meta l-Istat Membru importatur ikun ta l-kunsens bil-miktub tiegħu għal tali importazzjoni f'waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a) 

il-pajjiż esportatur ikun Parti għall-Konvenzjoni u l-merkurju esportat ma jkunx ġej minn estrazzjoni primarja tal-merkurju, li hija pprojbita skont l-Artikolu 3(3) u (4) tal-Konvenzjoni; jew

(b) 

il-pajjiż esportatur li ma jkunx Parti għall-Konvenzjoni jkun ipprovda ċertifikazzjoni li l-merkurju ma jkunx ġej minn estrazzjoni primarja tal-merkurju.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura nazzjonali adottata f'konformità mat-TFUE, l-użu awtorizzat skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni għandu jitqies bħala użu permess fi Stat Membru għall-finijiet ta' dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0852
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.