|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“prodott relatat mal-enerġija” jew “prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew sistema b'impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu, li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz, li jinkludi parts b'impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz għall-klijenti u li huma maħsuba li jiġu inkorporati fi prodotti;
(2)
“grupp ta' prodotti” tfisser grupp ta' prodotti li jkollhom l-istess funzjonalità ewlenija;
(3)
“sistema” tfisser taħlita ta' diversi oġġetti li meta jitqiegħdu flimkien iwettqu funzjoni speċifika f'ambjent mistenni u li l-effiċjenza enerġetika tagħhom tista' mbagħad tiġi ddeterminata bħala entità unika;
(4)
“mudell” tfisser verżjoni ta' prodott li l-unitajiet tiegħu kollha jkollhom l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għat-tikketta u l-istess skeda informattiva dwar il-prodott, u li jkollhom ukoll l-istess identifikatur tal-mudell;
(5)
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' prodott minn mudelli oħrajn bl-istess trademark jew l-istess isem tal-fornitur;
(6)
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għat-tikketta u l-istess skeda informattiva dwar il-prodott, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess forniturbħala mudell ieħor b'identifikatur differenti tal-mudell;
(7)
“kummerċjalizzazzjoni” tfisser il-provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, sew jekk bi flus kif ukoll jekk mingħajr ħlas;
(8)
“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li l-prodott jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni;
(9)
“tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu ta' prodott fis-suq tal-Unjoni, għall-fini maħsub għalih;
(10)
“manifattur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott jew li għandha prodott iddisinjat jew manifatturat, u tirreklama dak il-prodott taħt l-isem jew il-marka kummerċjali tagħha;
(11)
“rappreżentat awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mill-manifattur biex taġixxi f'isimha fir-rigward ta' kompiti speċifiċi;
(12)
“importatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;
(13)
“negozjant” tfisser bejjiegħ bl-imnut jew persuna fiżika jew ġuridika oħra li tbigħ, tikri, toffri għal bejgħ bin-nifs, jew tqiegħed għall-wiri prodotti għal klijenti jew installaturi matul attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas u sew jekk le;
(14)
“fornitur” tfisser manifattur stabbilit fl-Unjoni, ir-rappreżentant awtorizzat ta' manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew importatur, li jqiegħed prodott fis-suq tal-Unjoni;
(15)
“bejgħ mill-bogħod” tfisser il-bejgħ, kiri, jew bejgħ bin-nifs bil-posta, minn katalgu, bl-Internet, bit-telebejgħ jew bi kwalunkwe metodu ieħor li permezz tiegħu ma jkunx mistenni li l-klijent potenzjali jkun jista' jara l-prodott espost;
(16)
“klijent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri, tikri jew tirċievi prodott għall-użu personali tagħha kemm jekk tkun qed taġixxi b'finijiet marbutin mas-sengħa, in-negozju, l-artiġjanat jew il-professjoni tagħha kif ukoll jekk le;
(17)
“effiċjenza enerġetika” tfisser il-proporzjon ta' output tal-prestazzjoni, servizz, prodotti jew enerġija, mal-input ta' enerġija;
(18)
“standard armonizzat” tfisser standard kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(19)
“tikketta” tfisser dijagramma grafika, f'forma stampata jew elettronika, li tinkludi skala magħluqa li tuża biss l-ittri minn A sa G, fejn kull ittra tirrappreżenta klassi u kull klassi tikkorrispondi għall-iffrankar tal-enerġija, f'seba' kuluri differenti li jvarjaw bejn aħdar skur u aħmar, sabiex il-klijenti jiġu infurmati dwar l-effiċjenza enerġetika u l-konsum tal-enerġija; din tinkludi t-tikketti riklassifikati u tikketti b'inqas klassijiet u kuluri f'konformità mal-Artikolu 11(10) u (11);
(20)
“riklassifikazzjoni” tfisser eżerċizzju biex isiru aktar stretti r-rekwiżiti għall-kisba tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika fuq tikketta għal grupp ta' prodotti partikolari;
(21)
“tikketta riklassifikata” tfisser tikketta għal grupp ta' prodotti partikolari li tkun ġiet soġġetta għal riklassifikazzjoni, u li tkun tingħaraf minn tikketti li jkunu għadhom ma ġewx riklassifikati, filwaqt li tiġi ppreservata l-koerenza viżiva u perċettibbli tat-tikketti kollha;
(22)
“Skeda informattiva dwar il-prodott” tfisser tabella standard b'informazzjoni relatata ma' prodott, f'forma stampata jew elettronika;
(23)
“dokumentazzjoni teknika” tfisser dokumentazzjoni suffiċjenti biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jivvalutaw il-preċiżjoni tat-tikketta u tal-iskeda informattiva dwar il-prodott b'rabta ma' prodott, inkluż ir-rapporti tat-testijiet jew evidenza teknika simili;
(24)
“informazzjoni supplimentari” tfisser informazzjoni, kif speċifikata f'att delegat, dwar il-prestazzjoni funzjonali u ambjentali ta' prodott;
(25)
“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser ġabra ta' data li tikkonċerna prodotti, li tkun irranġata b'mod sistematiku u li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni rigward il-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b'mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà u parti dwar il-konformità, b'rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u ta' sigurtà speċifikati b'mod ċar;
(26)
“tolleranza tal-verifika” tfisser id-devjazzjoni massima permissibbli tar-riżultati tal-kejl u l-kalkolu tat-testijiet ta' verifika mwettqa minn, jew f'isem, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, meta mqabbla mal-valuri tal-parametri ddikjarati jew ippubblikati, li tirrifletti d-devjazzjoni li tirriżulta minn varjazzjoni interlaboratorja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|