+Artikolu 4 Obbligi ta' fornituri fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.

Artikolu 4 Obbligi ta' fornituri fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti

Obbligi ta' fornituri fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Mill-1 ta' Jannar 2019, il-fornitur għandu, qabel ma jqiegħdu fis-suq unità ta' mudell ġdid kopert b'att delegat, idaħħal fil-parti pubblika u fil-parti li tirrigwarda l-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni għal dak il-mudell, kif stipulat fl-Anness I.
Artikolu 4 2.
Meta l-unitajiet ta' mudelli koperti b'att delegat jitqiegħdu fis-suq bejn l-1 ta' Awwissu 2017 u l-1 ta' Jannar 2019, il-fornitur għandu, sat-30 ta' Ġunju 2019, idaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni stipulata fl-Anness I fir-rigward ta' dawk il-mudelli.

Sakemm id-data tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti, il-fornitur għandu jagħmel disponibbli verżjoni elettronika tad-dokumentazzjoni teknika għal spezzjoni, fi żmien 10 ijiem minn meta jirċievi talba mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew il-Kummissjoni.

Artikolu 4 3.
Il-fornitur jista' idaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti, l-informazzjoni għall-mudelli, kif stipulat fl-Anness I, li l-unitajiet tagħhom kienu tqiegħdu esklużivament fis-suq qabel l-1 ta' Awwissu 2017.
Artikolu 4 4.
Prodott li ssirlu kwalunkwe bidla li tkun rilevanti għat-tikketta jew l-iskeda informattiva dwar il-prodott għandu jitqies bħala mudell ġdid. Il-fornituri għandhom jindikaw fil-bażi tad-data meta ma jibqgħux iqiegħdu fis-suq l-unitajiet ta' mudell.
Artikolu 4 5.
L-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-imballaġġ tal-ħiters kif imsemmi fir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 ( 2 ), (UE) Nru 812/2013 ( 3 ) u (UE) 2015/1187 ( 4 ), fejn il-provvista ta' tikketti għal dak l-imballaġġ taqa' esklużivament taħt ir-responsabbiltà tan-negozjant.
Artikolu 4 6.
Wara li l-aħħar unità ta' mudell tkun tqiegħdet fis-suq, il-fornitur għandu jżomm l-informazzjoni dwar dak il-mudell fil-bażi tad-data fil-parti dwar il-konformità tal-bażi tad-data tal-prodott għal perijodu ta' 15-il sena. Fejn adatt b'rabta mal-medja tat-tul tal-ħajja tal-prodott, jista' jiġi previst perijodu iqsar ta' żamma tad-data skont il-punt (q) tal-Artikolu 16(3). L-informazzjoni fil-parti pubblika tal-bażi tad-data m'għandhiex titħassar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1369
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.