+Artikolu 8 Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.

Artikolu 8 Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
L-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għal prodotti koperti b'dan ir-Regolament u bl-atti delegati rilevanti.
Artikolu 8 2.
Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi u tappoġġa l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq relatata mat-tikkettar tal-enerġija ta' prodotti bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jkunu responsabbli mis-sorveljanza tas-suq jew inkarigati mill-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u bejniethom u l-Kummissjoni, fost l-oħrajn b'involviment aktar mill-qrib l-AdCos dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija.

Tali skambji ta' informazzjoni għandhom isiru wkoll meta r-riżultati tat-testijiet jindikaw li l-prodott huwa konformi ma' dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti.

Artikolu 8 3.
Il-programmi ġenerali tas-sorveljanza tas-suq jew il-programmi speċifiċi għas-settur tal-Istati Membri stabbiliti skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom jinkludu azzjonijiet biex jiġi żgurat l-infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8 4.
Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-AdCos dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija, tfassal linji gwida għall-infurzar ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-aħjar prattiki għall-ittestjar ta' prodotti u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni.
Artikolu 8 5.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jkollhom id-dritt li jirkupraw mill-fornituri l-ispejjeż tal-ispezzjoni tad-dokumenti u l-ittestjar fiżiku fuq il-prodotti fil-każ ta' nonkonformità ma' dan ir-Regolament jew l-atti delegati rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1369
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.