|
+ANNESS I |
ANNESS IANNESS I INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATA TAL-PRODOTTI U KRITERJI FUNZJONALI GĦALL-PARTI PUBBLIKA TAL-BAŻI TAD-DATA 1. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti pubblika tal-bażi tad-data mill-fornitur:
(a)
l-isem jew it-trademark, l-indirizz, id-dettalji ta' kuntatt u identifikazzjoni legali oħra tal-fornitur;
(b)
l-identifikatur tal-mudell;
(c)
it-tikketta f'format elettroniku;
(d)
il-klassi(jiet) tal-effiċjenza enerġetika u parametri oħra tat-tikketta;
(e)
il-parametri tal-iskeda informattiva dwar il-prodott f'format elettroniku. 2. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-portal online mill-Kummissjoni:
(a)
id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri;
(b)
pjan ta' ħidma skont l-Artikolu 15;
(c)
il-minuti tal-Forum Konsultattiv;
(d)
inventarju tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni, il-metodi transizzjonali ta' kejl u ta' kalkolu u l-istandards armonizzati applikabbli. 3. L-informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data mill-fornitur:
(a)
l-identifikatur tal-mudell tal-mudelli ekwivalenti kollha li diġà tqiegħdu fis-suq;
(b)
id-dokumentazzjoni teknika kif speċifikat fl-Artikolu 12(5). Il-Kummissjoni għandha tipprovdi link għas-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS), li tinkludi l-eżitu tal-kontrolli tal-konformità li jsiru mill-Istati Membri u l-miżuri proviżorji adottati. 4. Kriterji funzjonali tal-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodott:
(a)
kull mudell ta' prodott għandu jkun jista' jinstab bħala rekord individwali;
(b)
hija għandha tiġġenera bħala fajl uniku li jista' jinfetaħ, jitniżżel u jiġi stampat tat-tikketta tal-enerġija għal kull mudell, kif ukoll il-verżjonijiet lingwistiċi tal-iskeda informattiva sħiħa dwar il-prodott, bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
(c)
l-informazzjoni għandha tkun tista' tinqara mill-magni, tista' titqiegħed f'ordni u tista' titfittex, b'rispett tal-istandards miftuħa għal użu minn parti terza, mingħajr ħlas;
(d)
għandu jiġi stabbilit u miżmum punt ta' assistenza online jew punt ta' kuntatt għall-fornituri, indikat b'mod ċar fuq il-portal. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|