+Artikolu 3 Responsabbiltà għas-sigurtà tal-provvista tal-gass
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.
---+Artikolu 3 8.

Artikolu 3 Responsabbiltà għas-sigurtà tal-provvista tal-gass

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
Is-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tkun ir-responsabbiltà kondiviża tal-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u l-Kummissjoni, fl-oqsma ta' attività u kompetenza rispettivi tagħhom.
Artikolu 3 2.
Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti sabiex tiddelega kompiti speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament lil korpi oħrajn. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddelegaw il-kompitu tad-dikjarazzjoni ta' xi wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1), huma għandhom jagħmlu dan biss lil awtorità pubblika, lil operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew lil operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni. Il-kompiti delegati għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti u għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta' azzjoni preventiva u fil-pjan ta' emerġenza.
Artikolu 3 3.
Kull Membru Stat għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni dwar, u jagħmel pubbliku, l-isem tal-awtorità kompetenti tiegħu u kwalunkwe tibdil fih.
Artikolu 3 4.
Meta jiġu implimentati l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti kkonċernati b'tali mod li jiġi żgurat approċċ fuq tliet livelli li jinvolvi, l-ewwel, lill-impriżi tal-gass naturali rilevanti, lill-impriżi tal-elettriku meta jkun xieraq, u lill-industrija, it-tieni, lill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali, u t-tielet, lill-Unjoni.
Artikolu 3 5.
Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli reġjonali u tal-Unjoni, skont dan ir-Regolament, inter alia, fost l-oħrajn, permezz tal-GCG jew, b'mod partikolari, f'każ ta' emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni skont l-Artikolu 12(1), permezz tal-grupp għall-maniġġar ta' kriżijiet imsemmi fl-Artikolu 12(4).
Artikolu 3 6.
Fil-każ ta' emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni bl-użu tas-Sistema ReCo għall-Gass stabbilita mill-ENTSOG. L-ENTSOG għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati kif meħtieġ.
Artikolu 3 7.
F'konformità mal-Artikolu 7(2), riskji transnazzjonali kbar għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni għandhom jiġu identifikati u gruppi ta' riskju għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' dan. Dawk il-gruppi ta' riskju għandhom iservu bħala l-bażi għal kooperazzjoni reġjonali mtejba biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-gass u għandhom jippermettu qbil dwar miżuri transkonfinali xierqa u effettivi bejn l-Istati Membri kollha kkonċernati fil-gruppi ta' riskju jew barra mill-gruppi ta' riskju tul il-kurituri tal-provvista ta' emerġenza.

Il-lista ta' tali gruppi ta' riskju u l-kompożizzjoni tagħhom jinsabu fl-Anness I. Il-kompożizzjoni tal-gruppi ta' riskju ma għandha tipprevjeni ebda forma oħra ta' kooperazzjoni reġjonali li tkun ta' benefiċċju għas-sigurtà tal-provvista.

Artikolu 3 8.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 19 biex tiġi aġġornata l-kompożizzjoni tal-gruppi ta' riskju li jinsabu fl-Anness I bl-emendar ta' dak l-Anness biex jirrifletti l-evoluzzjoni tar-riskji transnazzjonali kbar għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni u l-impatt tagħha fuq l-Istati Membri, b'kont meħud tar-riżultat tas-simulazzjonijiet mal-Unjoni kollha tax-xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura li jitwettqu mill-ENTSOG f'konformità mal-Artikolu 7(1). Qabel ma tipproċedi bl-aġġornar, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-GCG fix-xenarju previst fl-Artikolu 4(4) rigward l-abbozz tal-aġġornament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.