|
+Artikolu 6 2. |
Artikolu 6 2.Kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud li jaqbeż il-perijodu ta' 30 ġurnata msemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 jew kwalunkwe obbligu addizzjonali impost għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju, għandu jkun rifless fil-pjan ta' azzjoni preventiva u għandu:
(a)
ikun konformi mal-Artikolu 8(1);
(b)
ma jkollux impatt negattiv fuq il-kapaċità ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor li jipprovdi l-gass lill-klijenti protetti tiegħu skont dan l-Artikolu fil-każ ta' emerġenza nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni; u
(c)
ikun konformi mal-Artikolu 12(5) fil-każ ta' emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista' titlob ġustifikazzjoni li turi konformità ta' kwalunkwe miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu mal-kondizzjonijiet stabbiliti fih. Tali ġustifikazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jintroduċi l-miżura. Barra minn hekk, kwalunkwe miżura ġdida mhux ibbażata fuq is-suq skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, adottata fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017, għandha tikkonforma mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(4) sa (9). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|