+Artikolu 6 Standard tal-provvista tal-gass
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.

Artikolu 6 Standard tal-provvista tal-gass

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

L-awtorità kompetenti għandha titlob lill-impriżi tal-gass naturali, li hija tidentifika, sabiex jieħdu miżuri sabiex il-provvista tal-gass tiġi żgurata lill-klijenti protetti tal-Istat Membru f'kull każ li ġej:

(a) 

temperaturi estremi waqt perijodu bl-ogħla valuri ta' sebat ijiem bi probabbiltà statistika ta' darba f'20 sena;

(b) 

kwalunkwe perijodu ta' 30 ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass, li jseħħ bi probabbiltà statistika ta' darba f'20 sena;

(c) 

għal perijodu ta' 30 ġurnata f'każ ta' interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass f'kondizzjonijiet xitwin medji.

Sat-2 ta' Frar 2018, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-definizzjoni tiegħu ta' klijenti protetti, il-volumi ta' konsum annwali ta' gass tal-klijenti protetti u l-perċentwal li dawk il-volumi ta' konsum jirrappreżentaw tal-konsum totali annwali finali tal-gass f'dak l-Istat Membru. Fejn Stat Membru jinkludi fid-definizzjoni tiegħu ta' klijenti protetti l-kategoriji msemmijin fil-punt 5(a) jew (b) tal-Artikolu 2, huwa għandu jispeċifika l-volumi tal-konsum ta' gass li jikkorrispondu għal klijenti li jappartjenu għal dawk il-kategoriji u l-perċentwal li kull wieħed minn dawn il-gruppi ta' klijenti jirrappreżenta fil-konsum totali annwali finali tal-gass.

L-awtorità kompetenti għandha tidentifika l-impriżi tal-gass naturali msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u għandha tispeċifikahom fil-pjan ta' azzjoni preventiva.

Kwalunkwe miżura ġdida mhux ibbażata fuq is-suq prevista sabiex tiżgura l-istandard tal-provvista tal-gass għandha tkun konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(4) sa (9).

L-Istati Membri jistgħu jikkonformaw mal-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika jew billi jissostitwixxu l-gass b'sors differenti tal-enerġija, inter alia fost l-oħrajn b'sorsi tal-enerġija rinnovabbli, dment li jinkiseb l-istess livell ta' protezzjoni.

Artikolu 6 2.

Kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud li jaqbeż il-perijodu ta' 30 ġurnata msemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 jew kwalunkwe obbligu addizzjonali impost għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju, għandu jkun rifless fil-pjan ta' azzjoni preventiva u għandu:

(a) 

ikun konformi mal-Artikolu 8(1);

(b) 

ma jkollux impatt negattiv fuq il-kapaċità ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor li jipprovdi l-gass lill-klijenti protetti tiegħu skont dan l-Artikolu fil-każ ta' emerġenza nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni; u

(c) 

ikun konformi mal-Artikolu 12(5) fil-każ ta' emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' titlob ġustifikazzjoni li turi konformità ta' kwalunkwe miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu mal-kondizzjonijiet stabbiliti fih. Tali ġustifikazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jintroduċi l-miżura.

Barra minn hekk, kwalunkwe miżura ġdida mhux ibbażata fuq is-suq skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, adottata fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017, għandha tikkonforma mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(4) sa (9).

Artikolu 6 3.
Wara l-iskadenza tal-perijodi stabbiliti mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafi 1 u 2, jew taħt kondizzjonijiet aktar serji minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti u l-impriżi tal-gass naturali għandhom jagħmlu ħilithom sabiex iżommu, kemm jista' jkun possibbli, il-provvista tal-gass, b'mod partikolari għall-klijenti protetti.
Artikolu 6 4.
L-obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali biex jiġu sodisfatti l-istandards tal-provvista tal-gass stabbiliti f'dan l-Artikolu m'għandhomx ikunu diskriminatorji u m'għandhomx jimponu piż indebitu fuq dawk l-impriżi.
Artikolu 6 5.
L-impriżi tal-gass naturali għandhom ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom abbażi ta' dan l-Artikolu fil-livell reġjonali jew tal-Unjoni, fejn adatt. L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jeħtieġu li l-istandards tal-provvista tal-gass stabbiliti f'dan l-Artikolu jiġu sodisfatti abbażi tal-infrastruttura li tinsab fit-territorju tagħhom biss.
Artikolu 6 6.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet għall-provvisti lill-klijenti protetti jiġu stabbiliti mingħajr preġudizzju għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija u bi prezz li jirrispetta l-valur tas-suq tal-provvisti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.