|
+Artikolu 6b 1. |
Artikolu 6b 1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, inkluż jipprevedu inċentivi finanzjarji jew kumpens għall-parteċipanti fis-suq, biex jintlaħqu l-miri tal-mili stabbiliti skont l-Artikolu 6a. Meta jiżguraw li l-miri tal-mili jkunu intlaħqu, l l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità, meta possibbli, lil miżuri bbażati fuq is-suq. Sa fejn kwalunkwe miżura prevista f'dan l-Artikolu tkun dmir u-setgħa tal-awtorità regolatorja nazzjonali, skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva 2009/73/KE, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għat-teħid ta' dawk il-miżuri. B'mod partikolari, il-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu jistgħu jinkludu li:
(a)
il-fornituri tal-gass jiġu rikjesti jaħżnu volumi minimi ta' gass fil-faċilitajiet tal-ħżin, inkluż fil-faċilitajiet tal-ħżin ta’ gass taħt l-art u/jew f’faċilitajiet tal-ħżin tal-LNG, filwaqt li dawk il-volumi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-ammont ta' gass fornut mill-fornituri tal-gass lil klijenti protetti;
(b)
l-operaturi tas-sistemi tal-ħżin jiġu rikjesti jiftħu l-kapaċitajiet tagħhom għal offerti minn parteċipanti fis-suq;
(c)
l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jew entitajiet innominati mill-Istat Membru jiġu rikjesti jixtru u jimmaniġġaw stokk ta' bilanċ esklużivament biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom ta' operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni u, fejn meħtieġ, jimponu obbligu fuq entitajiet innominati oħra għal fini ta' salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-każ ta' xi emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (c);
(d)
jintużaw strumenti kkoordinati, bħal pjattaformi għax-xiri tal-LNG, ma' Stati Membri oħra biex jimmassimizzaw l-użu tal-LNG u jnaqqsu l-ostakli tal-infrastruttura u dawk regolatorji għall-użu kondiviż tal-LNG biex jimtlew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art;
(e)
jintuża mekkaniżmi volontarji għall-akkwist konġunt tal-gass naturali, li għall-applikazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni tista' toħroġ, jekk ikun meħtieġ, gwida sal-1 ta' Awwissu 2022;
(f)
jingħataw inċentivi finanzjarji għall-parteċipanti fis-suq, inkluż għall-operaturi ta’ sistema ta’ ħżin, bħal kuntratti għal differenza jew jingħata kumpens lill-parteċipanti fis-suq għat- telf fl-introjtu jew għall-ispejjeż imġarrba minnhom b'riżultat tal-obbligi fuq il-parteċipanti fis-suq, inkluż l-operaturi ta' sistemi ta' ħżin li ma jistgħux jiġu koperti mill-introjtu;
(g)
id-detenturi tal-kapaċitajiet ta' ħżin jiġu rikjesti jużaw jew jirrilaxxaw kapaċitajiet riżervati li ma ntużawx, filwaqt li d-detentur tal-kapaċità tal-ħżin li ma jużax il-kapaċità tal-ħżin xorta jiġi obbligat iħallas il-prezz maqbul għat-terminu sħiħ tal-kuntratt tal-ħżin;
(h)
jiġu adottati strumenti effettivi għax-xiri u l-immaniġġar tal-kapaċità tal-ħżin strateġiku minn entitajiet pubbliċi jew privati, dment li tali strumenti ma jfixklux il-kompetizzjoni jew il-funzjonament tajjeb tas-suq intern;
(i)
tinħatar entità ddedikata li tingħata l-kompitu li tilħaq il-mira tal-mili f'każ li l-mira tal-mili ma tintlaħaqx mod ieħor;
(j)
jingħataw skontijiet fuq tariffi tal-ħżin;
(k)
jinġabar l-introjtu meħtieġ biex jiġi rkuprat l-infiq kapitali u operazzjonali relatat mal-faċilitajiet tal-ħżin regolati bħala tariffi tal-ħżin u bħala imposta ddedikata inkorporata fit-tariffi tat-trażmissjoni li jinġabru biss minn punti ta' ħruġ għall-klijenti finali li jinsabu fl-istess Stati Membri dment li l-introjtu miġbur permezz tat-tariffi ma jkunx akbar mill-introjtu permess. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|