+Artikolu 6b Implimentazzjoni tal-miri tal-mili
---+Artikolu 6b 1.
---+Artikolu 6b 2.
---+Artikolu 6b 3.
---+Artikolu 6b 4.

Artikolu 6b Implimentazzjoni tal-miri tal-mili

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6b 1.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, inkluż jipprevedu inċentivi finanzjarji jew kumpens għall-parteċipanti fis-suq, biex jintlaħqu l-miri tal-mili stabbiliti skont l-Artikolu 6a. Meta jiżguraw li l-miri tal-mili jkunu intlaħqu, l l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità, meta possibbli, lil miżuri bbażati fuq is-suq.

Sa fejn kwalunkwe miżura prevista f'dan l-Artikolu tkun dmir u-setgħa tal-awtorità regolatorja nazzjonali, skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva 2009/73/KE, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għat-teħid ta' dawk il-miżuri.

B'mod partikolari, il-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu jistgħu jinkludu li:

(a) 

il-fornituri tal-gass jiġu rikjesti jaħżnu volumi minimi ta' gass fil-faċilitajiet tal-ħżin, inkluż fil-faċilitajiet tal-ħżin ta’ gass taħt l-art u/jew f’faċilitajiet tal-ħżin tal-LNG, filwaqt li dawk il-volumi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-ammont ta' gass fornut mill-fornituri tal-gass lil klijenti protetti;

(b) 

l-operaturi tas-sistemi tal-ħżin jiġu rikjesti jiftħu l-kapaċitajiet tagħhom għal offerti minn parteċipanti fis-suq;

(c) 

l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jew entitajiet innominati mill-Istat Membru jiġu rikjesti jixtru u jimmaniġġaw stokk ta' bilanċ esklużivament biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom ta' operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni u, fejn meħtieġ, jimponu obbligu fuq entitajiet innominati oħra għal fini ta' salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-każ ta' xi emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (c);

(d) 

jintużaw strumenti kkoordinati, bħal pjattaformi għax-xiri tal-LNG, ma' Stati Membri oħra biex jimmassimizzaw l-użu tal-LNG u jnaqqsu l-ostakli tal-infrastruttura u dawk regolatorji għall-użu kondiviż tal-LNG biex jimtlew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art;

(e) 

jintuża mekkaniżmi volontarji għall-akkwist konġunt tal-gass naturali, li għall-applikazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni tista' toħroġ, jekk ikun meħtieġ, gwida sal-1 ta' Awwissu 2022;

(f) 

jingħataw inċentivi finanzjarji għall-parteċipanti fis-suq, inkluż għall-operaturi ta’ sistema ta’ ħżin, bħal kuntratti għal differenza jew jingħata kumpens lill-parteċipanti fis-suq għat- telf fl-introjtu jew għall-ispejjeż imġarrba minnhom b'riżultat tal-obbligi fuq il-parteċipanti fis-suq, inkluż l-operaturi ta' sistemi ta' ħżin li ma jistgħux jiġu koperti mill-introjtu;

(g) 

id-detenturi tal-kapaċitajiet ta' ħżin jiġu rikjesti jużaw jew jirrilaxxaw kapaċitajiet riżervati li ma ntużawx, filwaqt li d-detentur tal-kapaċità tal-ħżin li ma jużax il-kapaċità tal-ħżin xorta jiġi obbligat iħallas il-prezz maqbul għat-terminu sħiħ tal-kuntratt tal-ħżin;

(h) 

jiġu adottati strumenti effettivi għax-xiri u l-immaniġġar tal-kapaċità tal-ħżin strateġiku minn entitajiet pubbliċi jew privati, dment li tali strumenti ma jfixklux il-kompetizzjoni jew il-funzjonament tajjeb tas-suq intern;

(i) 

tinħatar entità ddedikata li tingħata l-kompitu li tilħaq il-mira tal-mili f'każ li l-mira tal-mili ma tintlaħaqx mod ieħor;

(j) 

jingħataw skontijiet fuq tariffi tal-ħżin;

(k) 

jinġabar l-introjtu meħtieġ biex jiġi rkuprat l-infiq kapitali u operazzjonali relatat mal-faċilitajiet tal-ħżin regolati bħala tariffi tal-ħżin u bħala imposta ddedikata inkorporata fit-tariffi tat-trażmissjoni li jinġabru biss minn punti ta' ħruġ għall-klijenti finali li jinsabu fl-istess Stati Membri dment li l-introjtu miġbur permezz tat-tariffi ma jkunx akbar mill-introjtu permess.

Artikolu 6b 2.
Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu t-trajettorji għall-mili, fejn rilevanti, u l-miri tal-mili. Il-miżuri kollha meħuda skont l-Artikolu 6a(8) u (10) għandhom ikunu definiti b’mod ċar, trasparenti, proporzjonati, nondiskriminatorji u verifikabbli. Ma għandhomx ifixklu bla bżonn il-kompetizzjoni jew il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass jew jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta’ Stati Membri oħra jew tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-GCG b’dawk il-miżuri mingħajr dewmien.
Artikolu 6b 3.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-użu tal-infrastruttura eżistenti fil-livell nazzjonali u reġjonali għall-benefiċċju tas-sigurtà tal-provvista tal-gass b'mod effiċjenti. Dawk il-miżuri ma għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jimblukkaw jew jirrestrinġu l-użu transfruntier tal-faċilitajiet ta' ħżin jew tal-faċilitajiet tal-LNG u ma għandhomx jillimitaw il-kapaċitajiet ta' trażmissjoni transfruntiera f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 ( 3 ).
Artikolu 6b 4.
Meta jieħdu miżuri skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipju li l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tiġi l-ewwel filwaqt li xorta jiksbu l-objettivi tal-miżuri rispettivi tagħhom, f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.