L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-użu tal-infrastruttura eżistenti fil-livell nazzjonali u reġjonali għall-benefiċċju tas-sigurtà tal-provvista tal-gass b'mod effiċjenti. Dawk il-miżuri ma għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jimblukkaw jew jirrestrinġu l-użu transfruntier tal-faċilitajiet ta' ħżin jew tal-faċilitajiet tal-LNG u ma għandhomx jillimitaw il-kapaċitajiet ta' trażmissjoni transfruntiera f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 (
3
).