|
+Artikolu 6c 2. |
Artikolu 6c 2.B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru mingħajr faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art jista' jiżviluppa mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet ma' Stat Membru wieħed jew aktar b'faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art (il-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet). Il-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet għandu jkun ibbażat fuq id-data rilevanti mill-aħħar valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 7 u għandu jqis il-parametri kollha li ġejjin:
(a)
il-kost tal-appoġġ finanzjarju biex tintlaħaq il-mira tal-mili bl-esklużjoni tal-ispejjeż biex jintlaħaq kwalunkwe obbligu ta’ ħżin strateġiku;
(b)
il-volumi ta' gass meħtieġa biex jissodisfaw id-domanda tal-klijenti protetti f'konformità mal-Artikolu 6(1);
(c)
kwalunkwe limitazzjonijiet teknika, inkluż il-kapaċità ta' ħżin disponibbli taħt l-art, il-kapaċità teknika ta’ trażmissjoni transfruntiera, u r-rati tal-irtirar. L-Istati Membri mingħajr faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art għandhom juru li huma jikkonformaw mal-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|