+Artikolu 6c Arranġamenti ta' ħżin u mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet
---+Artikolu 6c 1.
---+Artikolu 6c 2.
---+Artikolu 6c 3.
---+Artikolu 6c 4.
---+Artikolu 6c 5.
|
Artikolu 6c Arranġamenti ta' ħżin u mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6c 1.
|
Stat Membru mingħajr faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art għandu jiżgura li parteċipanti fis-suq f’dak l-Istat Membru jkollhom stabbiliti arranġamenti ma’ operaturi tas-sistema tal-ħżin taħt l-art jew ma’ parteċipanti oħra fis-suq fl-Istati Membri b’faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art. Dawk l-arranġamenti għandhom jipprevedu l-użu, sal-1 ta’ Diċembru, tal-volumi tal-ħżin li jikkorrispondu għal tal-anqas 15 % tal-konsum annwali medju tal-gass tul il-ħames snin preċedenti tal-Istat Membru mingħajr faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art. Madankollu, meta l-kapaċità ta’ trażmissjoni transfruntiera jew limitazzjonijiet tekniċi oħra jipprevjenu lil Stat Membru mingħajr faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art milli juża bis-sħiħ 15 % ta’ dawk il-volumi tal-ħżin, dak l-Istat Membru għandu jaħżen biss dawk il-volumi li jkunu teknikament possibbli. F'każ li l-limitazzjonijiet tekniċi jħallux lil Stat Membru jikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu, u dak l-Istat Membru jkollu fis-seħħ obbligu li jaħżen fjuwils oħra biex jissostitwixxi l-gass, l-obbligu stipulat fl-ewwel subparagrafu jista' eċċezzjonalment jiġi ssodisfat b'obbligu ekwivalenti li jinħażnu fjuwils minbarra l-gass. Il-limitazzjonijiet tekniċi u l-ekwivalenza tal-miżura għandhom jintwerew mill-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 6c 2.
|
B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru mingħajr faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art jista' jiżviluppa mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet ma' Stat Membru wieħed jew aktar b'faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art (il-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet). Il-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet għandu jkun ibbażat fuq id-data rilevanti mill-aħħar valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 7 u għandu jqis il-parametri kollha li ġejjin:
(a)
il-kost tal-appoġġ finanzjarju biex tintlaħaq il-mira tal-mili bl-esklużjoni tal-ispejjeż biex jintlaħaq kwalunkwe obbligu ta’ ħżin strateġiku;
(b)
il-volumi ta' gass meħtieġa biex jissodisfaw id-domanda tal-klijenti protetti f'konformità mal-Artikolu 6(1);
(c)
kwalunkwe limitazzjonijiet teknika, inkluż il-kapaċità ta' ħżin disponibbli taħt l-art, il-kapaċità teknika ta’ trażmissjoni transfruntiera, u r-rati tal-irtirar.
L-Istati Membri mingħajr faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art għandhom juru li huma jikkonformaw mal-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan.
|
|
Artikolu 6c 3.
|
Bħala miżura tranżitorja, Stati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art iżda li jkollhom faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art inklużi fl-aħħar lista ta' proġetti ta' interess komuni imsemmija fir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
), jistgħu jikkonformaw parzjalment mal-paragrafu 1 billi jgħoddu l-istokkijiet tal-LNG fl-Unitajiet Galleġġjanti tal-Ħażna eżistenti, sal-mument meta l-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art tagħhom ikunu operattivi.
|
|
Artikolu 6c 4.
|
L-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jistgħu jipprovdu inċentivi jew kumpens finanzjarju lill-parteċipanti fis-suq jew operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, kif rilevanti, għan-nuqqas fid-dħul, jew għall-kostijiet imġarrba minnhom, b'riżultat tal-konformità tagħhom mal-obbligi ta’ ħżin tagħhom skont dan l-Artikolu, fejn tali nuqqas jew tali kost, li ma jistgħux jiġu koperti minn dħul, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligu tagħhom li jaħżnu l-gass fi Stati Membri oħra skont il-paragrafu 1 jew l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet. Jekk l-inċentiv jew il-kumpens finanzjarju ikun iffinanzjat permezz ta' imposta, dik l-imposta ma għandhiex tiġi applikata għall-punti ta' interkonnessjoni transfruntiera.
|
|
Artikolu 6c 5.
|
Minkejja l-paragrafu 1, fejn Stat Membru għandu faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art li jkunu jinsabu fit-territorju tiegħu u l-kapaċità aggregata ta’ dawk il-faċilitajiet tkun akbar mill-konsum annwali tal-gass ta’ dak l-Istat Membru, l-Istati Membri mingħajr faċilitajiet ta’ ħżin tal-gass taħt l-art li jkollhom aċċess għal dawk il-faċilitajiet għandhom:
▼M4
(a)
jiżguraw li, fi kwalunkwe mument bejn l-1 ta’ Ottubru u l-1 ta’ Diċembru, il-volumi tal-ħżin jikkorrispondu tal-anqas għall-użu medju tal-kapaċità ta’ ħżin tul il-ħames snin preċedenti, iddeterminat, fost l-oħrajn, billi jitqiesu l-flussi matul l-istaġun tal-irtirar tul il-ħames snin preċedenti mill-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet ta’ ħżin; jew
▼M2
(b)
juru li kapaċità ta' ħżin ekwivalenti għall-volum kopert mill-obbligu taħt il-punt (a) tkun ġiet riżervata.
Jekk l-Istat Membru mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jkun jista' juri li l-kapaċità ta' ħżin ekwivalenti għall-volum kopert mill-obbligu taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ġiet riżervata, għandu japplika l-paragrafu 1. L-obbligu taħt dan il-paragrafu għandu jkun limitat għal 15 % tal-konsum annwali medju tal-gass matul iil-ħames snin preċedenti fl-Istat Membru kkonċernat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|