Il-GCG għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tat-trajettorji għall-mili u fil-miri tal-mili, u għandu jiżviluppa gwida għall-Kummissjoni dwar miżuri adegwati biex jiġi żgurat allinjament aħjar f’każ li l-Istati Membri jiddevjaw mit-trajettorji għall-mili u jikkompromettu l-ilħuq tal-mira tal-mili, jew biex jiġi żgurat li l-mira tal-mili tintlaħaq. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri biex tagħmel użu aktar effettiv mill-opportunitajiet offruti mill-mekkaniżmu ta’ aggregazzjoni tad-domanda u xiri konġunt stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2576 (
6
).